Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

mill-Professur Benoit Vallet, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, Franza

mill-Professur Benoit Vallet, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, Franza

F'dawn l-aħħar għaxar snin, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi spiċċat fuq quddiem fit-tħassib dwar is-sigurtà internazzjonali tas-saħħa. Il-pjan ta’ azzjoni Ewropew dwar l-AMR għen biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħtieġa li jiġu elaborati pjanijiet nazzjonali komprensivi. Madankollu, minħabba l-isfida, iridu jsiru aktar sforzi kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll mill-atturi ewlenin lil hinn mill-qasam tas-saħħa jew mediku u xjentifiku, inkluża l-Unjoni Ewropea.

Aħna nemmnu li kull attur fil-qasam tal-AMR għandu jiffoka fuq il-valur miżjud prinċipali biex tiġi żgurata koerenza akbar fil-moviment globali kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. L-indirizzar tal-AMR huwa r-responsabbiltà ta’ kulħadd. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi adottati taħt il-Presidenza Netherlandiża tal-UE huma sinjal ċar li d-dikjarazzjonijiet iridu jinbidlu f’azzjoni.

L-Azzjoni Konġunta li ġejja dwar l-AMR u l-infezzjonijiet assoċjati mal-Kura tas-Saħħa, iffinanzjata mill-Programm tas-Saħħa, għandha l-għan li tgħin lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati (eż. WHO għall-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)) biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu riżultati konkreti li jnaqqsu l-piż tal-AMR. Din l-azzjoni, li hi kkoordinata minn Franza, se telabora fuq ħidmiet eżistenti, tinvolvi lill-atturi ewlenin u ssegwi objettivi miftiehma b’mod komuni. Fil-fehma tagħna hija l-aħjar triq ’il quddiem.

Fuq livell nazzjonali, aħna impenjati li nirrevedu l-istrateġija nazzjonali tagħna taħt l-approċċ “Saħħa Waħda”. Il-Kumitat Interministerjali dwar is-Saħħa nħoloq biex jindirizza l-prijoritajiet ewlenin tas-saħħa u jiddefinixxi l-orjentazzjoni strateġika tal-gvern kollu. F’Novembru, se japprova l-Pjan Direzzjonali dwar l-AMR li se jiggwida l-azzjoni tagħna għall-AMR fis-snin li ġejjin.

Antimicrobial Resistance

Aktar dwar din it-tema