This site has been archived on 03/11/2014
03/11/2014
Grupp ta' Riflessjoni dwar id-disponibbiltà tal-wirt kulturali tal-Ewropa onlajn

Mogħdija tan-navigazzjoni

Grupp ta' Riflessjoni dwar id-disponibbiltà tal-wirt kulturali tal-Ewropa onlajn

Għal ċentinarji sħaħ, il-libreriji, l-arkivji u l-mużewijiet mill-Ewropa kollha kienu l-kustodji tal-wirt kulturali tagħna rikk u għani fid-diversità. Huma ppreżervaw u pprovdew l-aċċess għax-xhieda tal-għarfien, tas-sbuħija u tal-immaġinazzjoni, bħall-iskulturi, il-pitturi, il-mużika u l-letteratura. It-teknoloġiji l-ġodda tal-informatika ħolqu opportunitajiet li ma jitwemmnux li permezz tagħhom dan il-wirt komuni jsir aktar aċċessibbli għal kulħadd. Il-kultura qed issegwi l-mogħdija diġitali u l-"istituzzjonijiet tal-memorja" qed jadattaw il-mod ta' kif dawn jikkomunikaw mal-pubbliku.

Id-diġitizzazzjoni toħloq ħajja ġdida fil-materjal mill-imgħoddi, u tbiddlu f'assi formidabbli għall-utent individwali u f'element importanti fil-bini tal-ekonomija diġitali.

Aħna tal-opinjoni li s-settur pubbliku għandu r-responsabbiltà primarja li jagħmel il-wirt kulturali tagħna aċċessibbli u li jippreservah għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Din ir-responsabbiltà għall-wirt Ewropew u l-kontroll fuqu ma jistgħux jitħallew għal attur wieħed jew għal għadd żgħir ta' atturi fis-suq, għalkemm aħna ninkoraġġixxu bil-ħerqa l-ideja li ndaħħlu aktar investimenti u kumpaniji privati fl-arena tad-diġitizzazzjoni permezz ta' sħubija ġusta u bbilanċjata.

Id-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali tagħna hija ħidma enormi li tirrikjedi investimenti kbar. Skont studju li sar, se jkunu meħtieġa madwar EUR 100 biljun tul iż-żmien biex inkunu nistgħu nesponu l-wirt kollu tagħna onlajn. Dan it-tip ta' sforz jeħtieġ iż-żmien u l-investiment ikollu jkun ippjanat u kkoordinat bir-reqqa għall-kisba tal-aħjar riżultati.

SOMMARJU EŻEKUTTIV  

L-aħħar aġġornament: 24/11/2014 |  Fuq