20
Industriji aktar
nodfa
Il-fabbriki li jagħmlu l-prodotti li
nużaw ta’ kuljum u l-impjanti tal-
enerġija li jipproduċu l-elettriku
li għandna bżonn biex nixgħelu u
nħaddmu d-djar, l-iskejjel u l-uffiċċji
tagħna, jarmu ammonti kbar ta’
CO
2
u gassijiet oħrajn b’effett serra
(GHGs). Bil-għan li tgħin sabiex
jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet, l-UE
ddisinjat l-ewwel u l-akbar sistema
tad-dinja li tillimita l-ammont ta’
GHGs li jistgħu jintremew, kif ukoll
iġġiegħel lill-kumpaniji jħallsu
għall-emissjonijiet li jirrilaxxaw fl-
atmosfera.
tal-UE (EU ETS)
tistabbilixxi limitu fuq l-ammont
annwali ta’ GHGs li jistgħu jarmu
l-kumpaniji. L-ammont globali
qed jonqos kull sena, u minħabba
li l-kumpaniji jirrapportaw
l-emissjonijiet tagħhom, aħna
nistgħu nkunu ċerti li l-industriji
tagħna qegħdin iniġġsu inqas. Aktar
ma l-kumpaniji jarmu emissjonijiet,
aktar iridu jħallsu, għalhekk,
huwa fl-interess tagħhom li jarmu
emissjonijiet mill-inqas possibbli,
pereżempju, billi jinvestu f’teknoloġiji
aktar nodfa li jipproduċu inqas CO
2
.
Sostenn għat-
teknoloġija
ġdida
L-UE qiegħda tgħin sabiex tiffinanzja
madwar l-Ewropa
permezz ta’ fond speċjali miġbur
permezz tal-EU ETS. Sa issa, intuża
finanzjament tal-UE ta’ madwar
€2.1 biljun sabiex jappoġġja
38 proġett tal-enerġija rinnovabbli,
bħal turbini tar-riħ offshore, enerġija
ġeotermali u bijokarburanti, kif
ukoll teknoloġija ġdida li taqbad
il-karbonju u taħżnu taħt l-art. Fil-
ġejjieni, l-UE ser tkompli tappoġġja
r-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet
favorevoli għall-klima. Il-pajjiżi
Ewropej qegħdin jonfqu wkoll biljuni
ta’ euros miġbura mill-EU ETS
sabiex jindirizzaw il-kwistjoni tat-
tibdil fil-klima.
L-EU ETS ġiet imnedija fl-2005
u hija parti ewlenija mill-politika
dwar il-klima tal-UE. Bħalissa hija
tkopri aktar minn 11000 impjant
tal-enerġija u impjanti industrijali
fil-pajjiżi kollha tal-UE u tinkludi
wkoll l-emissjonijiet minn titjiriet
ġewwa l-UE.
Illum il-ġurnata jeżistu sistemi simili
madwar id-dinja, pereżempju fiċ-
Ċina, f’Kalifornja u fil-Korea ta’ Isfel.
Aktar pajjiżi qegħdin isegwu l-politika
tal-UE tal-impożizzjoni ta’ prezz
fuq l-emissjonijiet, sabiex matul
iż-żmien il-kumpaniji fil-biċċa l-kbira
tal-pajjiżi jkollhom iħallsu jekk iridu
jibqgħu jniġġsu.
Għal setturi li mhumiex inklużi
fl-EU ETS, bħall-karozzi, il-
bini, l-agrikoltura u l-iskart, ir-
responsabbiltà tat-tnaqqis tal-
emissjonijiet hija kondiviża fost
il-pajjiżi tal-UE permezz tal-miri
stabbiliti fil-livell
nazzjonali.
Azzjoni konkreta fuq
l-emissjonijiet tas-CO
2
Il-konkrit huwa materjal tal-bini essenzjali — użat
fil-kostruzzjoni ta’ bini, toroq u pontijiet — iżda
l-produzzjoni tal-ingredjent bażiku tiegħu, is-siment,
tiġġenera wkoll ammonti kbar ta’ CO
2
. Il-produzzjoni
ta’ tunnellata waħda ta’ siment tirrilaxxa tunnellata
waħda ta’ CO
2
minħabba li l-maġġoranza tas-siment
isir permezz tat-tisħin tal-ġebla tal-franka għal
temperaturi għoljin. L-industrija tas-siment issa
bdiet tagħmel aktar siment sostenibbli billi tinvesti
f’teknoloġija moderna u tuża materjal li jarmi inqas
emissjonijiet ta’ CO
2
.
Impjiegi fil-pjanijiet
Titħajjar għal karriera eċċitanti fejn tkun
qed taħdem bl-aħħar u l-aktar teknoloġiji
avvanzati u innovattivi? Illum il-ġurnata,
jeżistu ħafna impjiegi f’oqsma bħas-sorsi
rinnovabbli li ma kinux jeżistu għaxar snin ilu.
Xi pajjiżi tal-UE saħansitra waqqfu ċentri ta’
taħriġ speċjali għat-tħaddim u l-manutenzjoni
ta’ turbini tar-riħ offshore. Immaġina li trid
titla’ ma’ torri ta’ turbini tar-riħ għoli 85 metru
biex tirranġa ħsara elettrika jew biex tagħti
service lill-filtru taż-żejt — ’il bogħod mill-art
u taħdem f’ibħra milquta mill-maltempati
u r-riħ qawwi!