11
Theddida għall-
ikel polari
L-akbar predaturi polari, bħall-foki
leopardi u l-orsijiet polari, jeħtieġu
algi żgħar li jikbru mal-qiegħ tas-
silġ biex ikunu jistgħu jgħixu. Dawn
l-algi huma l-bidu ta’ kważi l-ktajjen
kollha tal-ikel polari. Il-plankton jiekol
l-alga, ħut żgħir u krill u kreaturi
oħrajn jieklu l-plankton, u nibqgħu
sejrin hekk ’il fuq fil-katina tal-ikel
għal ħut, pengwini u foki. B’inqas silġ
fl-Arktiku u fl-Antartiku, dawn
il-ktajjen tal-ikel qegħdin jisfaxxaw.
Belt li qiegħda
tegħreq
Il-pilastri tal-injam li fuqhom hija
mibnija Venezja qegħdin jgħibu
fit-tajn tal-laguna baxxa fil-Baħar
Adrijatiku. Bl-ilmijiet tal-laguna
jogħlew b’madwar 2mm kull
sena, l-effett ikkombinat huwa
żieda ta’ 4mm fis-sena fil-livell
tal-baħar. Għargħar frekwenti
jagħmel ħsara lill-bini storiku,
jgħatti l-mogħdijiet u jaffettwa
t-turiżmu. Madankollu, bħalissa
qiegħed jitħejja pjan sabiex
jiġu installati 78 grada tal-
azzar kbar ħafna bil-għan li
jżommu l-għargħar lura.
Kont taf?
Venezja għerqet b’aktar
minn 20 ċm fis-seklu 20.
Kont taf?
2.5% biss tal-ilma fid-Dinja huwa
ilma ħelu. Minn dan, aktar minn
żewġ terzi huwa ilma ffriżat fi
glaċieri u kisjiet ta’ silġ polari.
Għalhekk, uża l-ilma bil-għaqal!