Il-pjaneta tagħna, il-ġejjieni tagħna - page 17

17
It-tibdil fil-
klima u l-belt
Il
-
huma kontributuri kbar għat-
tibdil fil-klima — din mhijiex xi ħaġa
daqstant sorprendenti, minħabba
dawn huma l-postijiet fejn qegħdin
jgħixu 75% tal-Ewropej illum. Bħala
ċentri tal-attività, huma sors kbir
ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Iż-
żoni urbani huma responsabbli għal
60–80% tal-użu globali tal-enerġija
u għal madwar l-istess sehem ta’
emissjonijiet tas-CO
2
, għalhekk,
huma għandhom impronta kbira
ta’ karbonju. Iżda minbarra li huma
parti mill-problema, il-bliet jistgħu
jkunu wkoll parti mis-soluzzjoni. Il-
bliet madwar l-UE qegħdin jinbidlu
għall-aħjar, grazzi għall-innovazzjoni
u l-viżjoni tal-mexxejja lokali li
qegħdin jgħinu sabiex jitnaqqsu
l-emissjonijiet permezz ta’ ppjanar
intelliġenti u skemi għaqlija.
Bliet aċċessibbli
Il-jiem mingħajr karozzi huma
mod mill-aqwa kif in-nies ikunu
jistgħu jesploraw modi alternattivi
ta’ kif jivvjaġġaw madwar il-
belt. Dan huwa wieħed mill-
avvenimenti li jseħħu f’ħafna bliet
matul
,
kampanja appoġġjata
mill-Kummissjoni Ewropea li tiġi
organizzata kull Settembru. Fl-2014
ħadu sehem aktar minn 2000 belt
minn 44 pajjiż. U minkejja t-titolu,
ipparteċipaw ukoll bliet minn barra
l-UE — inklużi xi wħud fil-Ġappun,
fil-Brażil u fl-Ekwador. Il-Ġimgħa
ddedikata għall-Mobbiltà tagħti
lin-nies iċ-ċans li jipprovaw forom
alternattivi ta’ trasport u tħeġġeġ
lill-ibliet sabiex jintroduċu miżuri
prattiċi. Grazzi għall-kampanja,
ġew introdotti aktar minn 8000
miżura permanenti, bħal skemi ta’
carpooling u kondiviżjoni tar-roti.
Sindki
b’missjoni
Aktar minn 6000 belt madwar l-UE
għamlu impenn volontarju li jieħdu
miżuri sabiex inaqqsu l-emissjonijiet
tal-gassijiet b’effett serra. Huma
ssieħbu fil
-
,
skema
tal-Kummissjoni Ewropea maħsuba
biex tħeġġeġ lill-ibliet inaqqsu
l-emissjonijiet billi jżidu l-effiċjenza
fl-użu tal-enerġija u l-użu ta’ sorsi
tal-enerġija rinnovabbli. Din l-iskema
tant irnexxiet li ġiet stabbilita t-tieni
skema, imsejħa
,
li
tiffoka fuq azzjoni maħsuba biex
tantiċipa l-effetti avversi tat-tibdil
fil-klima fl-ibliet u t-teħid ta’ azzjoni
għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-
dannu. Il-belt tiegħek hija membru?
Kont taf?
L-UE għandha l-għan li
tnaqqas l-emissjonijiet
tal-karbonju mit-trasport
b’60% sal-2050.
L-AQWA
SUĠĠERIMENT
Il-karozzi ġodda mibjugħa fil-pajjiżi
tal-UE jkollhom tikketta li turi
l-effiċjenza tagħhom fl-użu tal-
karburanti u l-emissjonijiet tas-CO
2
,
għalhekk, għin lill-familja tiegħek
tagħżel karozza b’konsum
baxx ta’ karburanti.
Kont taf?
Il-bliet ikopru madwar 2 %
tal-wiċċ tad-dinja, iżda
jospitaw aktar minn nofs
il-popolazzjoni tad-dinja.
Kont taf?
90%
tal-Ewropej jaħsbu
li t-tibdil fil-klima huwa
problema serja.
I...,7,8,9,10,11,12,13,14,15,16 18,19,20,21,22,23,24,25,26,27,...30
Powered by FlippingBook