22
Kont taf?
Kull sena titqaċċat erja ta’ foresta
tropikali madwar l-istess daqs
tal-Greċja.
Il-qirda ta’ aktar
minn siġar
In-nies qegħdin iqaċċtu l-foresti tad-
dinja b’rata allarmanti: sa 80%
ssir biex
tiġi kklerjata l-art għall-irziezet,
iżda s-siġar qegħdin jinqatgħu wkoll
sabiex minnhom isiru prodotti bħall-
injam u l-karti, jew biex jinbnew
it-toroq u l-mini. Id-deforestazzjoni
għandha impatt kbir fuq il-livelli
tas-CO
2
. Meta jkun hemm inqas
siġar, jiġi assorbit inqas CO
2
, u meta
s-siġar jinqatgħu jew jinħarqu, huma
jirrilaxxaw il-ħażna tagħhom ta’
CO
2
fl-atmosfera. Id-deforestazzjoni
għandha wkoll impatti devastanti
oħrajn, bħall-qirda tal-ħabitat
għall-annimali li jgħixu fil-foresta
— traġedja fil-foresti tropikali, li
jospitaw madwar nofs l-ispeċi kollha
magħrufa li jgħixu fuq l-art — kif
ukoll it-tibdil fix-xejriet ta’ nżul ix-
xita, li jikkawża nixfiet.
Allura x’inhi s-soluzzjoni?
Il-pajjiżi jistgħu jipproteġu ż-żoni
eżistenti ta’ foresti u jwaqqfu lin-
nies milli jbiegħu s-siġar li qegħdin
jinħasdu illegalment. Ir-Regolament
dwar l-Injam tal-UE jitraċċa l-injam
mill-foresti għall-post fejn jittieħed
sabiex jiżgura li fl-UE jiġi importat
biss injam li jinħasad legalment. Il-
liġi taffettwa kemm l-injam importat
kif ukoll dawk li jiġi manifatturat
domestikament u l-prodotti tal-injam
ivarjaw minn karta u polpa sa injam
solidu u injam li jitwaħħal fl-art.