26
F’idejk!
X
i ngħidu dwarek? Tħossok
imħasseb/imħassba dwar it-
theddidiet mit-tibdil fil-klima?
Inti appassjonat(a) dwar il-ħtieġa li
jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju?
Mod tajjeb ta’ kif tibda huwa li tagħmel
il-bidliet meħtieġa fl-azzjonijiet ta’
kuljum li jnaqqsu l-impronta tal-
karbonju tiegħek. Ebda azzjoni li tieħu
ma hija żgħira wisq.
Kont taf?
L-impronta tal-karbonju medja
għal ċittadin Ewropew hija ta’ 7
tunnellati ta’ CO
2
fis-sena.
Agħmel għażliet
intelliġenti
Mod wieħed ta’ kif tista’ tagħmel
differenza huwa billi tagħmel
għażliet intelliġenti meta tmur tixtri.
Ixtri inqas: ixtri aħjar, onfoq inqas —
pereżempju, ixtri par żarbun tajjeb
minflok tliet pari tal-qamel.
Ixtri lokalment: meta tagħżel frott
u ħxejjex lokali li jkunu fl-istaġun,
minflok dawk imkabbrin ’il bogħod,
tkun qed tgħin sabiex tiġi ffrankata
l-enerġija użata fit-trasport. (Iżda
ftakar, il-prodott lokali mhux dejjem
ikun aħjar f’termini tal-karbonju,
pereżempju, jekk ikun imkabbar
f’serer imsaħħnin jew jekk ikunu
ngħataw fertilizzanti magħmula
minn karburanti fossili).
Agħti importanza lill-ippakkjar:
ippakkjar tal-plastik iżid mal-piż
tal-iskart u dan ma jiġix irriċiklat
faċilment.
Ixtri prodotti li jkunu ppakkjati
f’materjal riċiklabbli jew
kompostabbli u dejjem ħu miegħek
basket li jista’ jerġa’ jintuża
biex iġġorr ix-xirja lura lejn
id-dar.
L-AQWA SUĠĠERIMENTI
Aġġeġġi bħal televiżjonijiet u kompjuters
li jitħallew fuq standby jaħlu l-enerġija kollha
mis-sokits imwaħħlin mal-ħajt, għalhekk, itfihom
kollha kif suppost — dan jista’ jiffrankalek sa 10% tal-
ispejjeż tal-enerġija annwali li l-familja tiegħek tista’
tonfoq fuq affarijiet oħrajn.
Naqqas it-termostat bi 1°C — dan jista’ jelimina
300kg mill-impronta tal-karbonju tad-dar tiegħek
u jwassal għal tnaqqis ta’ 10%minn fuq il-kontijiet
mestika.
waqt li tkun qed
ezz ta’ hekk
’ tiffranka bosta litri
ta’ ilma.