14
Kont taf?
L-UE timporta aktar minn
nofs l-enerġija li tuża —
bi spiża ta’ aktar minn
€1 biljun kuljum!
Nagħmlu
differenza
L
-aktar sfida importanti li qegħdin niffaċċjaw illum il-ġurnata
hija li nwaqqfu t-tibdil fil-klima milli jkompli jmur għall-agħar.
Hemm ħafna x’nistgħu — u x’għandna — nagħmlu biex nagħmlu
d-dinja tagħna waħda li tikkonsma inqas enerġija u li tiffavorixxi
l-klima. Dan ifisser li jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet li jgħinuna
nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. Pass bħal dan,
minbarra li huwa tajjeb għall-klima, huwa tajjeb ukoll għal saħħitna
(inqas tniġġis), għas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija tagħna u joħloq
aktar impjiegi, sabiex b’hekk l-ekonomija tkompli tikber.
Il-pajjiżi tal-UE diġà qegħdin
jaħdmu qatigħ biex inaqqsu
l-emissjonijiet tal-gassijiet
b’effett serra u jilħqu l-miri
tat-tnaqqis: – 20% sal-2020
u mill-inqas – 40% sal-2030,
fid-direzzjoni t-tajba li
tintlaħaq il-mira fit-tul ta’
mill-inqas – 80% sal-2050.
Kont taf?
Mill-inqas 4.2 miljun ruħ fl-Unjoni
Ewropea jaħdmu fis-settur
ambjentali tal-UE.
L-enerġija
rinnovabbli
Mod wieħed ta’ kif innaqqsu
l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett
serra huwa billi nużaw aktar
bħar-riħ u d-dawl tax-
xemx. Dawn jipprovdu provvisti
infiniti ta’ enerġija, kuntrarju għall-
karburanti fossili li xi darba għad
jispiċċaw għal kollox. U kuntrarju
għall-ħruq tal-karburanti fossili fl-
impjanti tal-enerġija, il-ġenerazzjoni
tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli
tipproduċi ftit li xejn gassijiet
b’effett serra.
L-UE hija protagonista dinjija fit-
teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli,
u ħafna pajjiżi tal-UE diġà qegħdin
jiġġeneraw ħafna mill-elettriku
tagħhom minn sorsi rinnovabbli.
Il-ġenerazzjoni ta’ aktar mill-enerġija
tagħna minn sorsi rinnovabbli mhux
biss tgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet,
iżda tfisser ukoll inqas infiq fuq
l-importazzjonijiet ta’ faħam,
żejt u gass minn barra l-UE. Illum,
madwar 15% tal-enerġija tal-UE
ġejja minn sorsi rinnovabbli. Il-pjan
huwa li dan il-perċentwal jiżdied
sa 20% sal-2020 u sa mill-inqas
27% sal-2030.
Ideat ġodda
fl-orizzont
Huma meħtieġa skoperti u riċerki
xjentifiċi ġodda biex jinstabu
soluzzjonijiet sostenibbli għall-
indirizzar tat-tibdil fil-klima.
l-akbar programm ta’ riċerka
u innovazzjoni li qatt kellha l-UE,
għandu madwar €80 biljun ta’
finanzjament disponibbli għall-
perjodu bejn l-2014 u l-2020 sabiex
ir-riċerkaturi u l-innovaturi jkunu
jistgħu jiżviluppaw ideat li jistgħu
jiġu applikati fid-dinja reali. L-UE
tappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ impjanti
tal-enerġija innovattivi li jagħmlu
użu baxx mill-karbonju (ara l-paġni
20-21).
Post jaħraq
hija kwistjoni
taħraq! Xi pajjiżi jistgħu jużaw
l-enerġija maħżuna taħt wiċċ id-
Dinja biex isaħħnu l-pajpijiet li
jsaħħnu d-djar u l-ilma, jew biex
iħaddmu ġeneratur li jipproduċi
l-elettriku. Ħafna spas fl-Ungerija
jużaw l-enerġija ġeotermali biex
isaħħnu l-ilma għall-attivitajiet
rikreattivi u l-UE qiegħda tappoġġja
wkoll proġetti innovattivi tal-enerġija
ġeotermali hemmhekk.