Gwida dwar l-Għażliet ta’ SpejjeżIssimplifikati (SCOs): Finanzjament b’Rata fissa, Skali standard tal-ispejjeżunitarji, Somom f’daqqa

Din il-gwida tħejjiet mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-Fondi SIE b’konsultazzjoni mal-membri tal-Grupp ta’ Ħidma Tekniku tal-FSE u mal-Grupp ta’ Esperti għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (EGESIF). Din il-gwida hija bbażata fuq u qiegħda tissostitwixxi n-nota 09/0025/04-EN tas-COCOF applikabbli għall-perjodu 2007-2013. Hija tinkludi l-possibbiltajiet ġodda offruti mir-regolamenti għall-perjodu 2014-2020. Madankollu, din il-gwida ma tkoprix la l-pjanijiet ta’ azzjoni konġunti u lanqas l-iskali standard tal-ispejjeż unitarji u s-somom f’daqqa użati fil-qafas tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 (FSE).
L-iskop ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi gwida teknika fuq it-tliet tipi ta’ spejjeż issimplifikati li huma applikabbli għall- Fondi SIE u li jikkondividi l-aqwa prassi bil-għan li jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw l-ispejjeż issimplifikati.
Aktar informazzjoni
Guidance on European Structural and Investment Funds 2014-2020