Awguri f’għeluq il-ħames sena tar-Rokna tat-Tagħlim
![](https://ec.europa.eu/newsroom/repository/picture/2024-12/LC501_yTHyhmQZcmHnO4migKQMRkUp0ek_152352.jpg)
Data: 20/03/2024
Fil-21 ta’ Marzu 2024, ir-Rokna tat-Tagħlim se tagħlaq ħames snin!
Matul dawn l-aħħar ħames snin, ir-Rokna tat-Tagħlim għenet toħloq u tippromwovi materjali edukattivi interessanti bl-24 lingwa kollha tal-UE għall-istudenti bejn 5 snin u 18-il sena. Jekk int ċittadin Ewropew żagħżugħ kurjuż li qed tipprova tifhem l-Unjoni Ewropea jew għalliem li qed ifittex ir-riżorsi biex jgħinuk tispjega l-UE, ir-Rokna tat-Tagħlim qiegħda hawn għalik.
Filwaqt li niċċelebraw il-fatt li lħaqna madwar 6 miljun viżitatur matul is-snin, aħna ħerqanin biex fil-futur l-UE ssir aktar aċċessibbli, interessanti u divertenti għaż-żgħażagħ Ewropej.
Għandek xi suġġerimenti biex intejbu r-Rokna tat-Tagħlim? Toqgħodx lura milli tikkuntattjana permezz tal-link “Għinna ntejbu s-servizz” taħt il-materjali tagħna.