Introduċi l-Ewropa lit-tfal bit-taħbila dwar l-UE tagħna! Maħsuba għat-tfal sa disa’ snin, tinvolvi taħlita ta’ ġeografija u diversità lingwistika.
Data: 11/03/2024
Identifika l-forom tal-pajjiżi u qabbilhom mal-mappa, imbagħad ara jekk tistax taqta’ kif tgħid “hello” bil-lingwi differenti tal-Ewropa. Issib it-taħbila online jew f’forma stampata u hi disponibbli b’24 lingwa.