skip to main content
Newsroom

Overview    News

Stħarriġ dwar in-newsletter - Għidilna x’taħseb

Nixtiequ nieħdu ftit ħin biex niksbu xi feedback mingħandkom, il-qarrejja tan-newsletter tagħna

""

Related topics

Youth

Data:  12/01/2024

permalinkURL ewlieni

In-newsletter tar-Rokna tat-Tagħlim tagħna ilha online minn April 2020 u issa tilħaq kważi 140,000 persuna fix-xahar. Grati ħafna lejn dan in-numru ta’ qarrejja u nixtiequ nirringrazzjawkom tal-appoġġ u l-lealtà kollha tagħkom. Kull xahar, aħna nistinkaw biex ngħaddulkom għażla wiesgħa ta’ kontenut ġdid u rilevanti. B’dan u bil-bidu tal-2024 f’moħħna, nixtiequ nieħdu ftit ħin biex niksbu xi feedback mingħandkom, il-qarrejja tan-newsletter tagħna. 
 
Jekk twieġbu 4 mistoqsijiet qosra, tistgħu tkunu ta’ għajnuna kbira għalina biex intejbu n-newsletter tagħna u nkunu nistgħu nkomplu noffru l-aktar kontenut rilevanti u interessanti possibbli. L-istħarriġ hu disponibbli bl-24 lingwa kollha tal-UE. Grazzi ħafna talli ħadtu ftit ħin biex taħsbu dwar il-kontenut tagħna u kif dan jista’ jittejjeb.