skip to main content
Newsroom

Overview    News

L-Arti tad-Demokrazija

Tista’ l-arti timmotivana biex nivvutaw fl-elezzjonijiet? Fil-Parlamentarium, iċ-ċentru tal-viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell, jemmnu li dan jista’ jsir!

Related topics

Youth

Data:  11/12/2023

permalinkURL ewlieni

Il-wirja l-ġdida “Art in Democracy”, li hi disponibbli online b’24 lingwa, teżamina d-demokrazija minn għajnejn diversi artisti Ewropej. Hi tesplora r-relazzjoni bejn l-arti u d-demokrazija permezz ta’ għażla ta’ opri tal-arti f’diversi forom u stili mill-Kollezzjoni tal-Arti Kontemporanja tal-Parlament Ewropew. Il-biċċiet kollha joffru interpretazzjoni personali ta’ diversi aspetti tad-demokrazija bħad-diversità, l-inklużività, u l-libertà tal-espressjoni.
Għall-għalliema, il-wirja tiġi wkoll b’kitt pedagoġiku biex jgħinhom juru x-xogħlijiet tal-arti b’mod ħaj u jwasslu l-messaġġ tagħhom lill-istudenti tagħhom.
Qed tippjana li tivvjaġġa lejn Brussell fil-ġimgħat li ġejjin? Il-wirja hija aċċessibbli fiżikament fil-Parlamentarium sas-7 ta’ Jannar. Wara dan, se tibqa’ disponibbli online u bħala parti minn żjara sħiħa fil-Parlament sa Ġunju.