skip to main content
Newsroom

Overview    News

Videos ġodda mill-Esploraturi Diġitali

X’inhi r-realtà? Jekk qatt kellek l-opportunità li tipprova headset tal-VR, taf kemm xi spazji diġitali qed isiru realistiċi u kemm it-tfal iħobbuhom!

Related topics

Youth

Data:  11/12/2023

permalinkURL ewlieni

Ir-realtà virtwali toffri l-opportunità li tagħmel ħafna attivitajiet divertenti ta’ kuljum bħal li tilgħab il-logħob jew li tesplora postijiet fid-dinja f’ambjent virtwali realistiku u kollox mill-kumdità ta’ darek stess. Bħala mezz għadha qed tiżviluppa iżda xorta hu eċċitanti li tippruvaha!

F’dan l-aħħar video mis-sensiela tal-Esploraturi Diġitali, il-ħbieb żgħażagħ tagħna jesploraw il-possibbiltajiet ta’ dinjiet virtwali. X’se jfissru dawn l-ambjenti immersivi għal kif naħdmu, nitgħallmu, nikkomunikaw u noħolqu?

F’video ġdid ieħor, l-Esploraturi Diġitali jitgħallmu wkoll dwar in-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali (EDIH), inizjattiva li għandha l-għan li tgħin lin-negozji Ewropej jadattaw għar-rivoluzzjoni diġitali. Ara hawn!