skip to main content
Newsroom

Overview    News

Ngħallmu l-Ewropa fl-iskola permezz tal-azzjonijiet Jean Monnet ġodda

Interessat li tgħallem lill-istudenti tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea? L-azzjonijiet Jean Monnet għall-iskejjel jippermettu lill-għalliema u lill-istituzzjonijiet tat-taħriġ tal-għalliema japplikaw għall-finanzjament biex jiżviluppaw materjali għat-tagħlim dwar l-UE fil-pajjiżi tal-programm Erasmus+.

Related topics

Youth

Data:  14/11/2023

permalinkURL ewlieni

L-azzjonijiet Jean Monnet huma aċċessibbli għall-għalliema tal-iskejjel primarji u sekondarji, bl-għan li jgħinu lill-edukaturi jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-UE.  

Ibqa’ aġġornat: is-sejħa Jean Monnet li jmiss se tiġi ppubblikata bħala parti mill-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2024 fil-ġimgħat li ġejjin. Din il-gwida se jkollha d-dettalji kollha, kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni u l-kriterji tal-eliġibbiltà. L-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ proposta hija l-1 ta’ Frar 2024. 

Sadanittant, tista’ tiċċekkja aktar dwar l-azzjonijiet Jean Monnet u tispira ruħek minn attivitajiet oħrajn tal-iskejjel.