Tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea fl-iskola - Proset lil 22 skola ppremjata!
![Tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea fl-iskola - Proset lil 22 skola ppremjata!](https://ec.europa.eu/newsroom/repository/picture/2020-32/comenius-prize-logo_65418.jpg)
Related topics
YouthData: 16/09/2020
Għal din l-edizzjoni tal-2020, 22 skola sekondarja rċevew il-Premju Comenius, flimkien ma' trofew u premju ta' €8,000 (ara n-newsletter tal-10 ta' Ġunju).
Fost dawn l-iskejjel rebbieħa, ninsabu kuntenti li ngħoddu tlieta minnhom, li l-għalliema tagħhom jagħmlu parti min-network ta' għalliema tagħna li jittestjaw il-prodotti tagħna dwar l-Unjoni Ewropea u li jagħtuna l-opinjoni tagħhom dwar kif jistgħu jittejbu.
Għat-22 skola ppremjata, dan il-premju hu għarfien mifrux fil-livell Ewropew għall-metodi innovattivi u attraenti tagħhom għat-tagħlim dwar l-Ewropa għall-istudenti tagħhom. L-istudenti tal-lum, l-adulti ta' għada, se jkunu qed jipparteċipaw fil-proċessi demokratiċi li se jsawru l-ġejjieni ta' kulħadd.