skip to main content
Newsroom

Overview    News

L-Unjoni Ewropea u l-COVID-19

Sa mill-bidu tal-pandemija, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri ħadu miżuri mingħajr preċedent, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni Ewropea, biex jiffaċċjaw din il-kriżi globali.

COVID-19
Vektor Kunst / Pixabay

Data:  29/05/2020

Il-prijorità ewlenija mhix biss li tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd, iżda wkoll li jittaffa l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija u li jiġu appoġġjati l-impjiegi.

L-UE qed timmobilizza l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jikkoordinaw ir-rispons tagħhom fil-livell nazzjonali. Hi tforni notevolment informazzjoni oġġettiva dwar it-tixrid tal-virus u dwar l-isforzi effikaċi skjerati biex ikun ikkontrollat.

 

B’hekk, il-mexxejja tal-UE qablu dwar numru ta’ prijoritajiet biex jikkoordinaw ir-rispons tal-UE għall-COVID-19:

  • il-limitazzjoni tat-tixrid tal-virus;
  • l-iżgurar tal-forniment ta’ tagħmir mediku;
  • l-istimolar tar-riċerka għat-trattamenti u għall-vaċċini;
  • l-appoġġ għall-impjiegi, in-negozji u l-ekonomija.

M’hemmx ħlief li wieħed isemmi xi wħud minn dawn l-azzjonijiet, fil-bidu ta’ Mejju 2020, l-Unjoni Ewropea kienet diġà,

  • ipproponiet pakkett ta’ €540 biljun biex tappoġġja lill-Istati Membri;
  • immobilizzat €140 miljun biex jiġu żviluppati vaċċini, trattamenti ġodda, testijiet ta’ skrinjar u sistemi mediċi;
  • immobilizzat €164 miljun għall-SMEs u għan-negozji ġodda biex isibu soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġġieldu kontra l-pandemija tal-COVID-19;
  • irripatrijat aktar minn 530,000 ċittadin tal-Unjoni Ewropea maqbudin f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea;
  • stabbilixxiet l-istrument “SURE” biex jiġu ppreservati l-impjiegi. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet għajnuna temporanja ddestinata biex ittaffi r-riskji tal-qgħad f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, sabiex tgħin lill-persuni jżommu l-impjieg tagħhom matul il-kriżi;
  • adottat pakkett bankarju bl-għan li jiffaċilita s-self mill-banek lill-familji u lin-negozji fl-UE kollha;
  • adottat miżuri speċifiċi biex tgħin ċerti professjonijiet affettwati ħażin mill-kriżi u ħadet azzjoni biex timminimizza l-effetti tal-pandemija fuq iċ-ċittadini tal-UE l-aktar fil-bżonn billi żiedet il-firxa tal-Fond biex jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn;
  • organizzat maratona ta’ sejħiet internazzjonali għal donazzjonijiet biex tippermetti l-iżvilupp kollaborattiv u l-użu universali ta’ għodod dijanjostiċi, trattamenti u vaċċini kontra l-coronavirus.

 

Related topics

Youth