skip to main content
Newsroom

Overview    News

Awguri f’għeluq il-ħames sena tar-Rokna tat-Tagħlim

Fil-21 ta’ Marzu 2024, ir-Rokna tat-Tagħlim se tagħlaq ħames snin!

Data:  20/03/2024

Fil-21 ta’ Marzu 2024, ir-Rokna tat-Tagħlim se tagħlaq ħames snin!

Matul dawn l-aħħar ħames snin, ir-Rokna tat-Tagħlim għenet toħloq u tippromwovi materjali edukattivi interessanti bl-24 lingwa kollha tal-UE għall-istudenti bejn 5 snin u 18-il sena. Jekk int ċittadin Ewropew żagħżugħ kurjuż li qed tipprova tifhem l-Unjoni Ewropea jew għalliem li qed ifittex ir-riżorsi biex jgħinuk tispjega l-UE, ir-Rokna tat-Tagħlim qiegħda hawn għalik.

Filwaqt li niċċelebraw il-fatt li lħaqna madwar 6 miljun viżitatur matul is-snin, aħna ħerqanin biex fil-futur l-UE ssir aktar aċċessibbli, interessanti u divertenti għaż-żgħażagħ Ewropej.

Għandek xi suġġerimenti biex intejbu r-Rokna tat-Tagħlim? Toqgħodx lura milli tikkuntattjana permezz tal-link “Għinna ntejbu s-servizz” taħt  il-materjali tagħna.