skip to main content
Newsroom

Overview    News

Spjegazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali

“Spjegazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali” tfisser il-protezzjoni tad-data f’termini ħfief għall-adolexxenti, filwaqt li tiżgura spazju online aktar sikur.

Related topics

Youth

Data:  19/02/2024

permalinkURL ewlieni

L-UE kif tipproteġi liċ-ċittadini online? L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) hu sett ta’ regoli li japplikaw madwar l-UE, biex jinħoloq spazju diġitali aktar sikur li fih jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-utenti kollha tas-servizzi diġitali. Dan jinkludi s-salvagwardja tat-tfal online. Id-DSA jindirizza l-bullying ċibernetiku, il-kontenut illegali, jissimplifika t-termini u l-kundizzjonijiet, u ħafna aktar.   

Spjegazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali”hi ktejjeb informattiv ġdid li jispjega dawn il-protezzjonijiet f’termini favorevoli għall-adolexxenti, u jiżgura spazju online aktar sikur għal dawk taħt it-18-il sena.