Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Helmut Brand, Professur tas-saħħa pubblika Ewropea, membru tal-ġurija tal-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tas-Saħħa Pubblika fir-Reġjun Ewropew (ASPHER) u President tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein (EHFG)

Minn Helmut Brand, Professur tas-saħħa pubblika Ewropea, membru tal-ġurija tal-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tas-Saħħa Pubblika fir-Reġjun Ewropew (ASPHER) u President tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa Gastein (EHFG)

Bħall- ASPHER , li hija ddedikata għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa, il-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa jikkontribwixxi biex in-nies ikunu jafu iktar dwar is-saħħa pubblika u dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sistemi tas-servizzi tas-saħħa Ewropej billi jagħti ħarsa minn ġewwa lejn is-saħħa fl-Ewropa.

Il- premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa għandu l-għan li jilħaq lill-pubbliku ġenerali b’eżempji konkreti ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika li juru b'mod ċar x'tista' tagħmel l-UE għas-saħħa. Bis-sehem tal-[urnalisti f'dan il-premju, mhux biss isimhom isir aktar magħruf iżda jitqajmu dibattiti dwar suġġetti interessanti.

Din is-sena, imiss lili li bi pjaċir inħabbar ir-rebbieħa tal-premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012. L-artikli, li lkoll kemm huma tajbin ħafna, intgħażlu minn fost aktar minn 500 wieħed li tressqu minn ġurnalisti mis-27 Stat Membru tal-UE.

L-ewwel premju ngħata lil Petr Třešňák mir-Repubblika Ċeka għall-artiklu tiegħu "Avventuri fis-sala 14", li ġie ppubblikat fir-rivista Respekt. L-artiklu jiffoka fuq kwistjonijiet dwar is-saħħa mentali u fuq ir-relazzjoni bejn l-infirmiera u l-pazjenti fl-isptarijiet psikjatriċi.

Ailbhe Jordan, mill-Irlanda, ħadet it-tieni premju għal "L-iskrining ħela ta’ flus?" li ġie ppubblikat f'The Medical Independent. Dan l-artiklu jagħti ħarsa oġġettiva u f'waqtha lejn l-effettività tal-programmi tal-iskrining kontra l-kanċer meta wieħed iqabbilha man-nefqa.

Il-ġurnalista Taljana Daniela Cipolloni ġiet it-tielet bl-artiklu "Dak il-gideb kollu li xerrdu l-banek privati tal-kurduni umbilikali", li ġie ppubblikat fir-rivista Oggi Scienza. Dan l-artiklu joffri dibattitu dwar l-utilità tal-banek tad-demm tal-kurdun umbilikali u jispjega għal xiex huma utli ċ-ċelloli staminali.

Għal darb’oħra, ngħata premju speċjali għall-aħjar artiklu fuq il-waqfien mit-tipjip . Il-premju ta’ din is-sena rebħu Tobias Zick, mill-Ġermanja, għall-artiklu tiegħu "Arja Tqila" li ġie ppubblikat fir-rivista NEON. L-artiklu jagħti ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-użu tat-tabakk u l-waqfien mit-tipjip, u jkopri l-istorja, il-politika, il-liġi u l-filosofija filwaqt li juri kif il-politiki favur is-saħħa jista' jkollhom impatt kbir.

U fl-aħħar nett, bħala membru tal-ġurija tal-UE, nixtieq nifraħ lill- finalisti nazzjonali u nispera li tieħdu gost taqraw l-artikli tagħhom daqsi.

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu dwar is-saħħa 2012

Aktar dwar din it-tema