Archive:Statistika dwar il-migrazzjoni u dwar il-popolazzjoni tal-migranti
L-estrazzjoni tad-data saret f’Mejju 2020.
Aġġornament ippjanat tal-artiklu: Lulju 2021.
Highlights
Fl-2018, 2.4 miljun immigrant li daħlu fl-EU-27 minn pajjiżi mhux EU-27.
21.8 miljun persuna (4.9%) mill-446.8 miljun persuna li jgħixu fl-EU-27 fl-1 ta’ Jannar 2019 kienu ċittadini mhux tal-EU-27.
Fl-2018, l-Istati Membri tal-EU-27 taw iċ-ċittadinanza lil 672 elf persuna.
Immigranti, 2018
Dan l-artiklu jippreżenta l-istatistika tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-migrazzjoni internazzjonali (flussi), għadd ta’ ċittadini nazzjonali u ta’ nazzjonalità oħra fil-popolazzjoni ("stokkijiet") u data dwar l-akkwiżizzjoni taċ-ċittadinanza. Il-migrazzjoni hija influwenzata minn taħlita ta’ fatturi ekonomiċi, ambjentali, politiċi u soċjali: fil-pajjiż tal-oriġini tal-migrant (fatturi ta’ spinta) jew fil-pajjiż tad-destinazzjoni (fatturi ta’ ġibda). Storikament, il-prosperità ekonomika u l-istabbiltà politika relattivi tal-UE huma maħsuba li kellhom effett ta’ ġibda konsiderevoli fuq l-immigranti.
Fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni, il-migrazzjoni internazzjonali tista’ tintuża bħala għodda sabiex jissolvew in-nuqqasijiet speċifiċi fis-labour market. Madankollu, hu kważi ċert li l-migrazzjoni waħedha mhix ser treġġa’ lura t-tendenza attwali tat-tixjiħ tal-popolazzjoni li qed jiġi esperjenzat f’ħafna partijiet tal-UE.
Full article
Flussi tal-migrazzjoni: L-immigrazzjoni lejn l-EU-27 minn pajjiżi mhux membri kienet ta’ 2.4 miljun fl-2018
B’kollox emigraw 3.9 miljun immigrant lejn wieħed mill-Istati Membrital-EU-27 tul l-2018, filwaqt li 2.6 miljun emigrant ġew irrapportati li telqu minn Stat Membru tal-EU-27. Madankollu, dawn iċ-ċifri totali ma jirrappreżentawx il-flussi migratorji lejn l-EU-27 kollha u minnhom, minħabba li jinkludu wkoll il-flussi bejn l-Istati Membri tal-EU-27 differenti. Fl-2018, kien hemm madwar 2.4 miljun immigrant lejn l-EU-27 minn pajjiżi mhux fl-EU-27 u madwar 1.1 miljun ruħ emigraw mill-EU-27 lejn pajjiż barra l-EU-27 — ara l-Figura 1. Barra minn hekk, 1.4 miljun ruħ li qabel kienu jgħixu f’xi Stat Membru tal-EU-27, emigraw lejn Stat Membru ieħor.
il-Ġermanja: l-akbar għadd ta’ immigranti u emigranti
Il-Ġermanja rrapportat l-akbar numru totali ta’ immigranti (893.9 elf) fl-2018, segwita minn Spanja (643.7 elf), Franza (386.9 elf) u l-Italja (332.3 elf). Il-Ġermanja rrapportat ukoll l-akbar numru ta’ emigranti fl-2018 (540.4 elf), segwita minn Spanja (309.5 elef), Franza (341.4 elf), ir-Rumanija (231.7 elf) u l-Polonja (189.8 elf). B’kollox, 22 mill-EU-27 irrapportaw aktar immigrazzjoni minn emigrazzjoni fl-2018, iżda fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fil-Latvja, fil-Litwanja, u fir-Rumanija, l-għadd ta’ emigranti sebaq lil dak ta’ immigranti.
Meta mqabbel mad-daqs tal-popolazzjoni residenti, Malta rreġistrat l-ogħla rata ta’ immigrazzjoni fl-2018 (55 immigrant għal kull 1 000 persuna), segwit mil-Lussemburgu (41 immigrant għal kull 1 000 persuna) - ara l-Figura 2. Għall-emigrazzjoni, l-ogħla rati fl-2018 kienu rrappurtati għal-Lussemburgu (23 emigranti għal kull 1 000 persuna), Malta (19-il emigrant għal kull 1 000 persuna), Ċipru (18-il emigrant għal kull 1 000 persuna, u r-Rumanija (12-il emigranti għal kull 1 000 persuna).
L-ogħla sehem ta’ immigranti nazzjonali għar-Rumanija, l-aktar baxx għal-Lussemburgu
Fl-2018, is-sehem relattiv ta’ immigranti nazzjonali, (immigranti b’ċittadinanza tal-Istat Membru tal-EU-27 li kienu qed jemigraw fih) fost l-għadd totali ta’ immigranti, kien l-ogħla fir-Rumanija (82 % tal-immigranti kollha), fis-Slovakkja (60 %), fil-Litwanja (57 %), fil-Polonja (55 %), u fil-Bulgarija (55 %). Dawn kienu l-uniċi Stati Membri tal-EU-27 fejn l-immigrazzjoni nazzjonali kkontribwiet għal aktar min-nofs l-għadd totali ta’ immigranti — ara l-Figura 3. B’kuntrast ma’ dan, l-immigrazzjoni nazzjonali fil-Lussemburgu fl-2018 ma kinitx aktar minn 5 % tal-immigrazzjoni totali tal-pajjiż.
L-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza ħafna drabi intużat sabiex jiġu studjati l-immigranti bi sfond barrani. Madankollu, minħabba li ċ-ċittadinanza tista’ tinbidel tul il-ħajja ta’ persuna, huwa utli wkoll li tiġi analizzata l-informazzjoni skont il-pajjiż tat-twelid. Is-sehem relattiv ta’ immigranti mwielda fil-pajjiż fost l-għadd totali ta’ immigranti kien l-ogħla fil-Bulgarija u l-Litwanja (it-tnejn 51 % tal-immigranti kollha), segwiti mir-Rumanija (43 %) u mill-Estonja (40 %). B’kuntrast ma’ dan, il-Lussemburgu rrapporta ishma relattivament baxxi ta’ immigranti mwielda fil-pajjiż, inqas minn 5 % tal-immigrazzjoni kollha fl-2018.
Residenza preċedenti: Fl-2018, 2.4 miljun immigrant daħlu fl-EU-27
Analiżi skont ir-residenza preċedenti tiżvela li l-Lussemburgu rrapporta l-akbar sehem ta’ immigranti li kienu ġejjin minn Stat Membru ieħor tal-EU-27 (93 % tal-għadd totali tal-immigranti tiegħu fl-2018), segwit mis-Slovakkja (65 %) u mir-Rumanija (62 %); ġie rrapportat sehem relattivament baxx fi Spanja (19 % tal-immigranti kollha), kif ukoll fl-Italja u fis-Slovenja (it-tnejn 20 %) — ara t-Tabella 3.
Fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-ġeneru tal-immigranti fl-Istati Membri tal-EU-27 fl-2018, kien hemm kemxejn aktar irġiel milli nisa (54 % meta mqabbel ma’ 46 %). L-Istat Membru li rrapporta l-ogħla sehem ta’ immigranti rġiel kien il-Kroazja (75 %); min-naħa l-oħra, l-ogħla sehem ta’ immigranti nisa kien irrapportat fi Franza (53 %).
Nofs l-immigranti kellhom anqas minn 29 sena
Bħala medja, l-immigranti li daħlu fl-Istati Membri tal-EU-27 fl-2018 kienu ħafna iżgħar mill-popolazzjoni totali diġà residenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom. Fl-1 ta’ Jannar 2019, l-età medjana tal-popolazzjoni totali tal-EU-27 kienet ta’ 43.7 sena, filwaqt li dik tal-immigranti lejn l-EU-27 fl-2018 kienet ta’ 29.2 sena.
Il-popolazzjoni tal-migranti: 21.8 miljun ċittadin mhux tal-EU-27 li kienu qegħdin jgħixu fl-EU-27 fl-1 ta’ Jannar 2019
L-għadd ta’ persuni li kienu jgħixu fi Stat Membru tal-UE b’ċittadinanza ta’ pajjiż li mhuwiex membru fl-1 ta’ Jannar 2019 kien 21.8 miljun, li jirrappreżenta 4.9 % tal-popolazzjoni tal-EU-27. Barra minn hekk, fl-1 ta’ Jannar 2019 kien hemm 13.3 miljun persuna jgħixu f’wieħed mill-Istati Membri tal-EU-27 b’ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor tal-EU-27.
F’termini assoluti, l-akbar għadd ta’ residenti ta’ nazzjonalità oħra li kienu qed jgħixu fl-Istati Membri tal-EU-27 fl-1 ta’ Jannar 2019 kien fil-Ġermanja (10.1 miljun persuna), fl-Italja (5.3 miljun), fi Franza (4.9 miljun) u fi Spanja (4.8 miljun). Ir-residenti ta’ nazzjonalità oħra f’dawn l-erba’ Stati Membri flimkien irrappreżentaw 71 % tal-għadd totali ta’ residenti ta’ nazzjonalità oħra li jgħixu fl-Istati Membri kollha tal-EU-27, filwaqt li l-istess erba’ Stati Membri kellhom sehem ta’ 58 % tal-popolazzjoni tal-EU-27.
Popolazzjoni barranija magħmula minn persuni mhux ċittadini tal-EU-27 f’ħafna mill-Istati Membri tal-EU-27
Fl-1 ta’ Jannar 2019, il-Belġju, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Awstrija u s-Slovakkja kienu l-Istati Membri tal-EU-27 fejn ir-residenti ta’ nazzjonalità oħra kienu prinċipalment ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-EU-27. Dan ifisser li f’ħafna mill-Istati Membri tal-EU-27, il-maġġoranza ta’ residenti ta’ nazzjonalità oħra kienu ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-EU-27 (ara t-Tabella 5). Fil-każ tal-Latvja u l-Estonja, il-proporzjon ta’ ċittadini minn pajjiżi mhux membri kien partikolarment kbir minħabba l-għadd għoli ta’ persuni mhux ċittadini rikonoxxuti (prinċipalment ċittadini ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika, li huma permanentament residenti f’dawn il-pajjiżi iżda li ma kisbu l-ebda ċittadinanza oħra).
L-ogħla sehem ta’ popolazzjoni barranija kien fil-Lussemburgu, l-aktar baxx fir-Rumanija
F’termini relattivi, l-Istati Membri tal-EU-27 bl-ogħla sehem ta’ residenti ta’ nazzjonalità oħra kien il-Lussemburgu, hekk kif ir-residenti ta’ nazzjonalità oħra kienu jiffurmaw 47 % tal-popolazzjoni totali tiegħu. Proporzjon għoli ta’ ċittadini barranin (10 % jew aktar tal-popolazzjoni residenti) kien osservat ukoll f’Ċipru, f’Malta, fl-Awstrija, fl-Estonja, fil-Latvja, fl-Irlanda, fil-Belġju, fil-Ġermanja, u fi Spanja. Min-naħa l-oħra, ir-residenti ta’ nazzjonalità oħra kienu anqas minn 1% tal-popolazzjoni fil-Polonja (0.8 %) u fir-Rumanija (0.6 %). Is-sehem relattiv ta’ persuni mwielda barra l-pajjiż fost il-popolazzjoni totali kien l-ogħla fil-Lussemburgu (47 % tal-popolazzjoni residenti), segwiti minn Ċipru (21 %) u minn Malta (20 %). Min-naħa l-oħra, il-Polonja ssappurtat sehem baxx ta’ persuni mwielda barra l-pajjiż, 2 % tal-popolazzjoni totali tagħha fl-1 ta’ Jannar 2019, segwita mill-Bulgarija (2.5 %), mir-Rumanija (3.2 %) u mis-Slovakkja (3.6 %).
It-Tabella 6 tippreżenta sommarju ta’ ħames gruppi prinċipali ta’ ċittadini barranin u popolazzjonijiet imwielda barra mill-pajjiż għall-Istati Membri tal-EU-27, għar-Renju Unit u l-pajjiżi tal-EFTA (soġġett għad-disponibbiltà tad-data).
Iċ-ċittadini Rumeni, Pollakki, Taljani, u Portugiżi kienu l-akbar erba’ gruppi ta’ ċittadini tal-EU-27 li kienu qed jgħixu fi Stati Membri oħra tal-EU-27 fl-2019 (Ara l-Figura 7).
Iċ-ċittadini barranin huma iżgħar miċ-ċittadini nazzjonali
Analiżi tal-istruttura tal-età tal-popolazzjoni turi li għall-EU-27 kollha, il-popolazzjoni barranija kienet iżgħar mill-popolazzjoni nazzjonali. Id-distribuzzjoni skont l-età tal-barranin turi proporzjon akbar ta’ żgħażagħ fl-età tax-xogħol meta mqabbla maċ-ċittadini tal-pajjiż. Fl-1 ta’ Jannar 2019, l-età medjana tal-popolazzjoni nazzjonali fl-EU-27 kienet ta’ 45 sena, filwaqt li l-età medjana ta’ persuni ta’ nazzjonalità oħra li jgħixu fl-EU-27 kienet ta’ 36 sena.
Kisbiet taċ-ċittadinanza: Fl-2018, l-Istati Membri tal-EU-27 taw iċ-ċittadinanza lil 672 elf persuna
Iċ-ċittadinanzi miksuba naqsu b’4 % fl-2018
L-għadd ta’ persuni li kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-EU-27 fl-2018 kien ta’ 672.3 elf, li jikkorrespondi għal żieda ta’ 4 % meta mqabbel mal-2017. Il-Ġermanja kellha l-ogħla għadd ta’ persuni li kisbu ċ-ċittadinanza fl-2018, bl-ammont ta’ 116.8 elf (jew 17 % tat-total tal-EU-27). L-ogħla livelli ta’ kisba taċ-ċittadinanza segwenti kienu fl-Italja (112.5 elf), fi Franza (110.0 elef), fi Spanja (90.8 elef) u fl-Iżvezja (63.8 elef).
F’termini assoluti, meta mqabbla mal-2017, l-ogħla żidiet kienu osservati fl-Italja, billi 34 100 resident inqas ingħataw iċ-ċittadinanza Taljana, segwita mill-Greċja (-6 400), mill-Iżvezja (-5 100), mid-Danimarka (-4 400) u mill-Franza (-4 300). B’kuntrast ma’ dan, l-ikbar żidiet f’termini assoluti kien osservat fi Spanja (kien hemm 24 300 persuna iktar li ngħataw iċ-ċittadinanza Spanjola, meta mqabbel mal-2017), segwita mill-Portugall (+3 300) u mil-Lussemburgu (+2 000).
Madwar 566.1 elf ċittadin ta’ pajjiżi mhux membri li jirrisjedu fi Stat Membru tal-EU-27 kisbu ċ-ċittadinanza tal-EU-27 fl-2018, jiġifieri żieda ta’ 5 % meta mqabbel mal-2017. Fil-fatt, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux membri kienu 84 % tal-persuni kollha li kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-EU-27 fl-2018. Dawn iċ-ċittadini l-ġodda tal-EU-27 kienu prinċipalment mill-Afrika (28 % tal-għadd totali ta’ ċittadinanzi miksuba), mill-Asja (25 %), mill-Ewropa barra mill-EU-27 (16 %) u l-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel (14 %). Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-EU-27 li kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor tal-EU-27 ammontaw għal 89.6 elf persuna, jiġifieri 13 % tat-total. F’termini assoluti, il-gruppi ewlenin ta’ ċittadini tal-EU-27 li akkwistaw ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor tal-EU-27 kienu ċ-ċittadini Rumeni li saru ċittadini tal-Italja (6.5 elef persuna) u tal-Ġermanja (4.3 elef persuna), madwar nofs l-akkwiżizzjonijiet taċ-ċittadinanza mill-Pollakki saru ċittadini tal-Ġermanja (6.2 elef persuna), u nofs it-Taljani saru ċittadini tal-Ġermanja (4.0 elef persuna).
Il-maġġoranza taċ-ċittadinanzi ġodda fil-Lussemburgu u fl-Ungerija ngħataw lil ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-EU-27. Fil-każ tal-Lussemburgu, iċ-ċittadini Portugiżi rrappreżentaw l-akbar sehem, segwiti miċ-ċittadini Franċiżi, Taljani u Belġjani, filwaqt li fil-każ tal-Ungerija, iċ-ċittadini tal-EU-27 li kisbu ċ-ċittadinanza kienu kważi esklużivament Rumeni.
Bħal fis-snin preċedenti, l-ikbar grupp ta’ ċittadini ġodda fl-Istati Membri tal-EU-27 fl-2018 kienu ċittadini tal-Marokk 67.2 elf, li jikkorrispondu għal 10 % taċ-ċittadinanzi kollha miksuba), segwit miċ-ċittadini tal-Albanija (47.4 elf, jew 7.1 %), mit-Torok (28.4 elf, jew 4.2 %), u mill-Brażiljani (23.1 elf, jew 3.4 %). Meta mqabbel mal-2017, l-għadd ta’ ċittadini Marokkini li kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-EU-27 naqas bi 2 %. Il-maġġoranza tal-Marokkini kisbu ċ-ċittadinanza l-ġdida tagħhom fi Spanja (38 %), fl-Italja (23 %) jew fi Franza (23 %), filwaqt li l-maġġoranza tal-Albaniżi ngħataw iċ-ċittadinanza Griega (51 %) jew iċ-ċittadinanza Italjana (46 %). Il-maġġoranza tat-Torok (59 %) irċevew iċ-ċittadinanza Ġermaniża, u madwar nofs il-Brażiljani rċivew iċ-ċittadinanza Taljana (46 %).
L-ogħla rati ta’ naturalizzazzjoni fl-Iżvezja u fir-Rumanija
Indikatur li jintuża normalment huwa r-”rata ta’ naturalizzazzjoni”, li hija ddefinita hawnhekk bħala l-proporzjon bejn l-għadd totali taċ-ċittadinanzi mogħtija u l-istokk ta’ residenti ta’ nazzjonalità oħra fil-bidu ta’ dik l-istess sena. L-Istat Membru tal-EU-27 bl-ogħla rata ta’ naturalizzazzjoni fl-2018 kien l-Iżvezja (7.2 kisbiet għal kull 100 resident ta’ nazzjonalità oħra), segwita mir-Rumanija u mill-Portugall (b’5.6 u 5.1 kisbiet għal kull 100 resident ta’ nazzjonalità oħra, rispettivament).
Data tas-sors għat-tabelli u l-graffs
Sorsi tad-data
L-emigrazzjoni hija partikolarment diffiċli sabiex titkejjel. Huwa aktar diffiċli li jinżamm rendikont tan-nies li jitilqu minn pajjiż milli ta’ dawk li jaslu, minħabba li, għal migrant(a), ħafna drabi jkun ħafna aktar importanti li jinteraġixxi/tinteraġixxi dwar il-migrazzjoni tiegħu/tagħha mal-awtoritajiet tal-pajjiż riċeventi milli ma’ dawk tal-pajjiż minn fejn jitlaq/titlaq. Analiżi li tqabbel id-data tal-2018 dwar l-immigrazzjoni u l-emigrazzjoni mill-Istati Membri tal-EU-27 (statistiki mera) ikkonfermat li dan kien minnu għal ħafna pajjiżi — u b’riżultat, dan l-artiklu jiffoka fuq id-data dwar l-immigrazzjoni.
Eurostat jipproduċi statistika dwar medda ta’ kwistjonijiet marbutin mal-flussi migratorji internazzjonali, stokkijiet tal-popolazzjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità oħra u l-kisba taċ-ċittadinanza. Id-data tinġabar fuq bażi annwali u tingħata lil Eurostat mill-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali tal-Istati Membri tal-EU-27.
Sorsi legali
Sa mill-2008, il-ġbir tad-data dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali kienet ibbażata fuq ir-Regolament 862/2007 u l-analiżi u l-kompożizzjoni tal-gruppi tal-pajjiżi tal-UE, tal-EFTA u tal-pajjiżi kandidati mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ referenza, jingħataw fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 351/2010. Dan jiddefinixxi sett prinċipali ta’ statistika dwar il-flussi migratorji internazzjonali, l-istokkijiet tal-popolazzjoni tal-barranin, il-kisba taċ-ċittadinanza, il-permessi ta’ residenza, l-asylum u l-miżuri kontra d-dħul u s-soġġorn illegali. Għalkemm l-Istati Membri tal-UE jistgħu jkomplu jużaw kwalunkwe data xierqa skont id-disponibbiltà u l-prattika nazzjonali, l-istatistika miġbura skont ir-Regolament trid tkun ibbażata fuq definizzjonijiet u kunċetti komuni. Ħafna mill-Istati Membri tal-UE jibbażaw l-istatistika tagħhom fuq sorsi ta’ data amministrattiva bħal reġistri tal-popolazzjoni, reġistri tal-barranin, reġistri tal-permessi ta’ residenza jew tax-xogħol, reġistri tal-assigurazzjoni tas-saħħa u reġistri tat-taxxa. Xi pajjiżi jużaw l-istatistiki mera, l-istħarriġ ta’ kampjun jew il-metodi ta’ stima sabiex jipproduċu l-istatistika dwar il-migrazzjoni. L-implimentazzjoni tar-Regolament mistennija twassal għal aktar disponibbiltà u komparabbiltà tal-istatistika dwar il-migrazzjoni.
Kif iddikjarat fl-Artikolu 2.1(a), (b), (c) tar-Regolament 862/2007, l-immigranti li jkunu ilhom jgħixu (jew li jkunu mistennija jgħixu) fit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar jingħaddu l-istess bħall-emigranti li jgħixu barra mill-pajjiż għal aktar minn 12-il xahar. Għaldaqstant, id-data miġbura mill-Eurostat tikkonċerna l-migrazzjoni għal ’perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar’: għalhekk il-migranti jinkludu persuni li jkunu emigraw għal perjodu ta’ sena jew aktar, kif ukoll persuni li jkunu emigraw fuq bażi permanenti. Id-data dwar il-kisba taċ-ċittadinanza tinġabar minn Eurostat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3.1.(d) tar-Regolament 862/2007, li jiddikjara li: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numru ta’ (…) ’persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru ’u li kisbu, matul il-perjodu ta’ referenza, kisbu iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru (...) imqassma skont (...) iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat”.
Definizzjonijiet
L-aggregati tal-EU-27 dwar l-Akkwiżizzjonijiet tad-data dwar iċ-ċittadinanza għall-2012, l-2011 u l-2010 jinkludu data Rumena għall-2009.
Il-kisba ta’ data dwar iċ-ċittadinanza tiġi aġġustata għall-eqreb multiplu ta’ 5 għall-Ġermanja fuq bażi proviżorja għall-2018.
Il-kisba ta’ data dwar iċ-ċittadinanza minn ex ċittadinanza individwali mhijiex disponibbli għar-Rumanija għall-2017 u l-2018.
L-aggregati tal-EU-27 dwar l-Immigrazzjoni skont il-pajjiż ta’ data ta’ residenza preċedenti għall-2013–2018 jinkludu r-Renju Unit fil-kompożizzjoni tal-UE minħabba li d-data tal-EU-27 mhijiex disponibbli għal Ċipru.
L-aggregati tal-EU-27 dwar id-datagħall-Popolazzjoni skont iċ-ċittadinanza mill-1 ta’ Jannar 2019, jinkludu lir-Renju Unit fil-kompożizzjoni tal-UE minħabba li d-data tal-EU-27 mhijiex disponibbli għal Ċipru u Malta.
Età:
B’enfasi fuq id-definizzjonijiet tal-età għall-flussi migratorji, ta’ min jinnota li d-data tal-2018 tikkonċerna l-età milħuqa tar-rispondent jew l-età tar-rispondent fi tmiem is-sena ta’ referenza għall-Istati Membri tal-EU-27 kollha, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, il-Greċja, l-Awstrija, Malta, ir-Rumanija, u s-Slovenja. F’dawn il-pajjiżi kif ukoll fil-każ tar-Renju Unit, id-data tikkonċerna l-età magħluqa tar-rispondent jew l-età fl-aħħar għeluq sninu. B’enfasi fuq id-definizzjonijiet tal-età għall-kisba taċ-ċittadinanza, ta’ min jinnota li d-data tal-2018 tikkonċerna l-età tar-rispondent milħuqa jew l-età tar-rispondent fi tmiem is-sena ta’ referenza, għall-Istati Membri tal-EU-27 kollha bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja, l-Irlanda, l-Awstrija, il-Litwanja, Malta ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Renju Unit (fejn id-data tikkonċerna l-età tar-rispondent magħluqa jew l-età fl-aħħar għeluq sninu). F’dawn il-pajjiżi kif ukoll fil-każ tar-Renju Unit, id-data tikkonċerna l-età magħluqa tar-rispondent jew l-età fl-aħħar għeluq sninu.
L-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA skont l-inklużjoni/l-esklużjoni tal-applikanti għall-ażil u tar-refuġjati fid-data dwar il-popolazzjoni rrapportata lil Eurostat fil-qafas tas-Sena ta’ Referenza tal-2018 għall-ġbir tad-data Demografika Unifikata.
Il-popolazzjoni mill-01.01.2019 | Inklużi | Esklużi |
---|---|---|
L-applikanti għall-ażil li jkunu residenti abitwali għal mill-inqas 12-il xahar | Il-Belġju, l-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Renju Unit, in-Norveġja, l-Iżvizzera | Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein |
Ir-refuġjati li jkunu residenti abitwali għal mill-inqas 12-il xahar | Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Nota: In-Norveġja (L-applikanti għall-ażil u refuġjati mingħajr permess ta’ residenza mhumiex inklużi)
L-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA skont l-inklużjoni/l-esklużjoni tal-applikanti għall-ażil u tar-refuġjati fid-data dwar il-migrazzjoni rrapportata lill-Eurostat fil-qafas tas-Sena ta’ Referenza tal-2018 għall-ġbir tad-data Demografika Unifikata.
Migrazzjoni għall-2018 | Inklużi | Esklużi |
---|---|---|
L-applikanti għall-ażil li jkunu residenti abitwali għal mill-inqas 12-il xahar | Il-Belġju, l-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, l-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Renju Unit, l-Iżvizzera, in-Norveġja | Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein |
Ir-refuġjati li jkunu residenti abitwali għal mill-inqas 12-il xahar | Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Nota: In-Norveġja (L-applikanti għall-ażil u r-refuġjati mingħajr permess ta’ residenza mhumiex inklużi); L-Irlanda (Ir-refuġjati li ma jgħixux f’unità domestika privata mhumiex inklużi)
Refuġjat: It-terminu ma jirreferix biss għall-persuni li jingħataw status ta’ refuġjat (kif definit fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2011/95/KE skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967), iżda tirreferi wkoll għall-persuni li jingħataw protezzjoni sussidjarja (kif definita fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 2011/95/KE) u l-persuni koperti minn deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għas-soġġorn għal raġunijiet umanitarji skont il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali.
Applikant għall-ażil: L-applikazzjonijiet għall-ażil għall-ewwel darba huma speċifiċi għall-pajjiż u ma jimplikaw l-ebda limitu ta’ żmien. Għaldaqstant, applikant għall-ażil jista’ japplika għall-ewwel darba f’pajjiż partikolari u għal darba oħra wara dan bħala applikant għall-ewwel darba fi kwalunkwe pajjiż ieħor. Jekk applikant għall-ażil iressaq applikazzjoni għal darba oħra fl-istess pajjiż wara kwalunkwe perjodu ta’ żmien, ma jerġax jitqies bħala applikant għall-ewwel darba.
Rata ta’ naturalizzazzjoni: It-terminu “rata ta’ naturalizzazzjoni” għandu jintuża b’attenzjoni minħabba li n-numeratur jinkludi l-modi kollha ta’ kisba u mhux biss in-naturalizzazzjonijiet tal-barranin li jirrisjedu b’mod eliġibbli u d-denominatur jinkludi l-barranin kollha, minflok il-barranin li huma eliġibbli għan-naturalizzazzjoni.
Kuntest
Iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE għandhom il-libertà li jivvjaġġjaw u l-libertà tal-moviment bejn il-fruntieri interni tal-UE. Il-politiki dwar il-migrazzjoni fl-UE fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux membri qed jikkonċernatraw dejjem aktar biex jattiraw profil partikolari ta’ migranti, ħafna drabi f’tentattiv biex jiġu indirizzati nuqqasijiet ta’ ħiliet speċifiċi. L-għażla tista’ ssir abbażi tal-ħiliet lingwistiċi, l-esperjenza tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-età. Inkella, l-impjegaturi jistgħu jagħmlu l-għażla biex b’hekk il-migranti diġà jkollhom xogħol mal-wasla tagħhom.
Minbarra l-politiki sabiex jiġi inkoraġġit ir-reklutaġġ tal-ħaddiema, ħafna drabi l-politika dwar l-immigrazzjoni tiffoka fuq żewġ oqsma: il-prevenzjoni tal-migrazzjoni mhux awtorizzata u l-impjieg illegali tal-migranti li ma jkollhomx permess sabiex jaħdmu, kif ukoll il-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-immigranti fis-soċjetà. Ġew immobilizzati riżorsi sinifikanti għall-ġlieda kontra n-networks tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-persuni u tat-traffikar tal-persuni fl-UE.
Fil-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni huwa responsabbli mill-politika dwar il-migrazzjoni Ewropea. Fl-2005, il-Kummissjoni nediet mill-ġdid id-dibattitu dwar il-ħtieġa ta’ sett ta’ regoli komuni għall-ammissjoni tal-migranti ekonomiċi, biGreen paper dwar strateġija tal-UE għat-treġija tal-migrazzjoni ekonomika (COM(2004) 811 final) li wasslet għall-adozzjoni ta’ pjan ta’ politika dwar il-migrazzjoni legali (COM(2005) 669 final) fl-aħħar tal-2005. F’Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwarprijoritajiet ta’ politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi(COM(2006) 402 final), bl-għan li toħloq bilanċ bejn is-sigurtà u d-drittijiet bażiċi tal-individwi waqt l-istadji kollha tal-proċess tal-immigrazzjoni illegali. F’Settembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-tielet rapport annwali tagħha dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni (COM(2007) 512 final). Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea adottata f’Ottubru 2008 enfasizzat l-importanza tat-tisħiħ tal-approċċ globali għall-migrazzjoni: iż-żieda fil-koordinazzjoni, il-koerenza u s-sinerġiji (COM(2008) 611 final) bħala aspett tal-politika esterna u ta’ żvilupp. Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-kapijiet tal-istat u tal-gvern tal-UE f’Diċembru 2009, stabbilixxa qafas u sensiela ta’ prinċipji għall-iżvilupp kontinwu tal-politiki Ewropej dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni għall-perjodu bejn l-2010 u l-2014; il-kwistjonijiet marbuta mal-migrazzjoni jiffurmaw parti ċentrali minn dan il-programm. Sabiex isiru l-bidliet maqbula, il-Kummissjoni Ewropea promulgat pjan ta’ azzjoni li jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma - il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa(COM(2010) 171 final) fl-2010.
F’Mejju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat “Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE għall-2013” (COM(2013) 269 final). Ir-rapport wera li ċ-ċittadinanza tal-UE ġġib magħha drittijiet u opportunitajiet ġodda. Il-moviment u l-għajxien liberu fl-UE huwa d-dritt assoċjat l-aktar mill-qrib maċ-ċittadinanza tal-UE. Meta wieħed iqis it-teknoloġija moderna u l-fatt li issa huwa aktar faċli li wieħed jivvjaġġa, il-libertà tal-moviment tippermetti lill-Ewropej li jwessgħu l-orizzonti tagħhom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, li jħallu l-pajjiżhom għal perjodi iqsar jew itwal, li jiġu u jmorru bejn pajjiżi tal-UE biex jaħdmu, jistudjaw u jitħarrġu, li jivvjaġġaw għan-negozju jew għall-pjaċir jew biex jixtru bejn il-fruntieri. Il-moviment liberu potenzjalment iżid l-interazzjonijiet soċjali u kulturali fl-UE u joħloq rabtiet aktar mill-qrib bejn iċ-ċittadini tal-UE. Barra minn hekk, jista’ jiġġenera benefiċċji ekonomiċi reċiproki għan-negozji u l-konsumaturi, inklużi dawk li jibqgħu d-dar, hekk kif l-ostakli interni qed jitneħħew b’mod stabbli.
Fit-13 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015) 240 final) li tistipula l-miżuri immedjati li jeħtieġ jittieħdu sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ kriżi fil-Mediterran, kif ukoll il-passi li jeħtieġ jittieħdu fis-snin li ġejjin sabiex il-migrazzjoni tiġi ġestita aħjar fl-aspetti kollha tagħha.
Ir-Rapport annwali dwar l-immigrazzjoni u l-ażil tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni (2016) ġie ppubblikat f’April 2017. Dan jagħti ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi prinċipali legali u politiċi li qed iseħħu madwar l-UE kollha u fil-pajjiżi parteċipanti. Dan huwa dokument komprensiv u jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni u l-politika dwar l-ażil mid-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni u l-aġenziji tal-UE.
Fil-15 ta’ Novembru 2017, [ l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni aġġornata http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/european-agenda-migration/index_en.htm] iffokat fuq il-kriżi tar-refuġjati, politika komuni dwar il-viżi u ż-żona Schengen. Il-kwistjonijiet kienu jinkludu r-risistemazzjonijiet u r-rilokazzjonijiet, l-appoġġ finanzjarju għall-Greċja u l-Italja, u l-faċilitajiet għar-refuġjati. L-objettivi kienu jinkludu l-fatt li r-refuġjati jkunu jistgħu jaslu fl-Ewropa permezz ta’ mogħdijiet legali u sikuri, sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltà tar-rilokazzjoni tiġi kondiviża b’mod ġust bejn l-Istati Membri, kif ukoll li l-migranti jiġu integrati fil-livelli lokali u reġjonali.
Fl-4 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ progress [1] dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li jeżamina l-progress li sar u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. B’fokus fuq kif it-tibdil fil-klima, id-demografija u l-fatturi ekonomiċi joħolqu raġunijiet ġodda li jħeġġu lin-nies sabiex jiċċaqilqu, kkonfermat li l-ixprunaturi wara l-pressjoni migratorja fuq l-Ewropa kienu strutturali, sabiex b’hekk jagħmluha aktar essenzjali li l-kwistjoni tiġi ttrattata b’mod effiċjenti u uniformi. Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat [2] rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li jiffoka fuq il-passi ewlenin meħtieġa fuq ir-rotot Mediterranji b’mod partikolari, kif ukoll l-azzjonijiet biex jiġi kkonsolidat is-sett ta’ għodod tal-UE dwar il-migrazzjoni, l-fruntieri u l-ażil.
Fost it-testi legali l-iktar importanti fil-qasam tal-immigrazzjoni nsibu:
- l-Artikolu 20 Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea tal-liġi tal-Unjoni dwar iċ-ċittadini tal-UE;
- l-Artikolu 21 Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropeadwar iċ-ċittadini tal-UE;
- l-Artikolu 79 Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropeadwar l-iċċekkjar tal-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
- id-Direttiva 2003/09/KE dwar il-kundizzjonijiet għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil;
- Id-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja;
- Id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul;
- id-Direttiva 2003/110/KE fuq l-għajnuna f’każijiet ta’ tranżitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru;
- Id-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri;
- Id-Direttiva 2004/81/KE dwar il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;
- Id-Direttiva 2004/82/KE dwar l-obbligu tat-trasportaturi li jikkomunikaw id-data dwar il-passiġġieri;
- Id-Direttiva 2004/83/KE dwar il-kwalifiki;
- Id-Direttiva 2004/114/KE dwar l-ammissjoni tal-studenti;
- Id-Direttiva 2005/71/KE għall-ifaċilitar tal-ammissjoni ta’ riċerkaturi fl-UE;
- Id-Direttiva 2008/115/KE għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment;
- Id-Direttiva 2009/50/KE fir-rigward tal-ammissjoni ta’ migranti b’ħiliet għolja.
- Id-Direttiva 2009/52/KE fir-rigward ta’ sanzjonijiet kontra min iħaddem;
- Id-Direttiva 2011/95/KE dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija;
- Id-Direttiva 2011/98/UE dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru;
- Id-Direttiva 2013/32/UE dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali;
- Id-Direttiva 2013/33/UE li tistabblixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali;
- Id-Direttiva 2014/36/UE dwar ħaddiema staġjonali;
- Id-Direttiva 2014/54/UE dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema;
- Id-Direttiva 2014/66/UEdwar it-trasferiment intra-azjendali;
- Id-Direttiva 2014/67/UE dwar il-ħaddiema stazzjonati;
- Id-Direttiva 2016/801/UE dwar l-istudenti u r-riċerkaturi;
Dokumenti leġiżlattivi - l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
Materjal għall-istampa - l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
Direct access to
- Acquisition of citizenship statistics (bl-Ingliż)
- Fertility statistics (bl-Ingliż)
- L-istruttura tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u x-xjuħija
- Migrant integration statistics introduced (bl-Ingliż)
- Population and population change statistics (bl-Ingliż)
- Residence permits — statistics on first permits issued during the year (bl-Ingliż)
- Statistika dwar l-ażil
- L-Istati Membri tal-UE taw iċ-ċittadinanza lil kważi 800 miljun persuna fl-2017 - Stqarrija għall-istampa 41/2019 (bl-Ingliż)
- L-Istati Membri tal-UE taw iċ-ċittadinanza lil kważi miljun persuna fl-2016 — Stqarrija għall-istampa 59/2018 (bl-Ingliż)
- L-Istati Membri tal-UE taw iċ-ċittadinanza lil inqas persuni fl-2015 — Stqarrija għall-istampa 66/2017 (bl-Ingliż)
- Iċ-ċittadini barranin jiffurmaw inqas minn 7% tal-persuni li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE fl-2014 — Stqarrija għall-istampa 230/2015 (bl-Ingliż)
- Nies fl-UE: min aħna u kif ngħixu? — Statistical books 2015 edition (bl-Ingliż)
- L-Istati Membri tal-UE taw iċ-ċittadinanza lil kważi miljun persuna fl-2013 — Stqarrija għall-istampa 119/2015 (bl-Ingliż)
- Popolazzjoni (Demografija, Migrazzjoni u Projezzjonijiet), ara (bl-Ingliż):
- Data dwar il-migrazzjoni u l-kisba taċ-ċittadinanza
- Migrazzjoni internazzjonali (t_migr_int)
- Populazzjoni (t_demo_pop)
- Kisba taċ-ċittadinanza (tps00024)
- Popolazzjoni (Demografija, Migrazzjoni u Projezzjonijiet), ara (bl-Ingliż):
- Data dwar il-migrazzjoni u l-popolazzjoni tal-migranti
- Immigrazzjoni (migr_immi)
- Immigrazzjoni skont l-età u s-sess (migr_imm8)
- Immigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess, u ċ-ċittadinanza (migr_imm1ctz)
- Immigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess u l-pajjiż tat-twelid (migr_imm3ctb)
- Immigrazzjoni skont l-età is-sess u l-grupp wiesa’ ta’ ċittadinanza (migr_imm2ctz)
- Immigrazzjoni skont l-età, is-sess u l-grupp wiesa’ tal-pajjiż tat-twelid (migr_imm4ctb)
- Immigrazzjoni skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp wiesa’ tal-pajjiż tat-twelid (migr_imm6ctz)
- Immigrazzjoni skont is-sess, il-pajjiż tat-twelid u l-grupp wiesa’ taċ-ċittadinanza (migr_imm7ctb)
- Immigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess u l-pajjiż tar-residenza preċedenti (migr_imm5prv)
- Immigrazazjoni skont il-grupp tal-età, is-sess u l-livell ta’ żvilupp uman tal-pajjiż taċ-ċittadinanza (migr_imm9ctz)
- Immigrazazjoni skont il-grupp tal-età, is-sess u l-livell ta’ żvilupp uman tal-pajjiż tat-twelid (migr_imm10ctb)
- Immigrazazjoni skont il-grupp tal-età, is-sess u l-livell ta’ żvilupp uman tal-pajjiż tar-residenza preċedenti (migr_imm11prv)
- Immigrazzjoni skont gruppi tal-pajjiż tar-residenza preċedenti (migr_imm12prv)
- Emigrazzjoni (migr_emi)
- Emigrazzjoni skont l-età u s-sess (migr_emi2)
- Emigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess, u ċ-ċittadinanza (migr_emi1ctz)
- Emigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess u l-pajjiż tat-twelid (migr_emi4ctb)
- Emigrazzjoni skont gruppi ta’ età ta’ ħames snin, is-sess, u l-pajjiż tar-residenza abitwali li jmiss (migr_emi3nxt)
- Emigrazzjoni skont gruppi tal-pajjiż tar-residenza abitwali li jmiss (migr_emi5nxt)
- Kisba u telfien taċ-ċittadinanza (migr_acqn)
- Kisba taċ-ċittadinanza skont is-sess, il-grupp tal-età u ċ-ċittadinanza preċedenti (migr_acq)
- Residenti li kisbu ċittadinanza bħala sehem tar-residenti mhux ċittadini u s-sess (%) (migr_acqs)
- Ksib taċ-ċittadinanza skont is-sess, il-grupp tal-età u l-livell ta’ żvilupp uman fiċ-ċittadinanza preċedenti (migr_acq1ctz)
- Telf ta’ ċittadinanza skont is-sess u ċ-ċittadinanza l-ġdida (migr_lct)
- Populazzjoni (demo_pop)
- Populazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont l-età, is-sess u l-grupp wiesa’ taċ-ċittadinanza (migr_pop2ctz)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont il-grupp tal-età, is-sess u ċ-ċittadinanza (migr_pop1ctz)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont il-grupp tal-età, is-sess u l-pajjiż tat-twelid (migr_pop3ctb)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont l-età, is-sess u l-grupp wiesa’ tal-pajjiż tat-twelid (migr_pop4ctb)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp wiesa’ tal-pajjiż tat-twelid (migr_pop5ctz)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont is-sess, il-pajjiż tat-twelid u l-grupp wiesa’ taċ-ċittadinanza (migr_pop6ctb)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont il-grupp tal-età, is-sess u l-livell ta’ żvilupp uman fil-pajjiż taċ-ċittadinanza (migr_pop7ctz)
- Popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar skont il-grupp tal-età, is-sess u l-livell ta’ żvilupp umand fil-pajjiż tat-twelid (migr_pop8ctb)
- Ċittadini tal-UE u tal-EFTA li huma residenti abitwali f’pajjiż ieħor tal-UE/EFTA sa mill-1 ta’ Jannar (migr_pop9ctz)
- Immigrazzjoni (migr_immi)
- Kisba u telfien taċ-ċittadinanza (ESMS metadata file — migr_acqn_esms) (bl-Ingliż)
- Popolazzjoni (ESMS metadata file — demo_pop_esms) (bl-Ingliż)
- Statistika dwar il-migrazzjoni internazzjonali (ESMS metadata file — migr_immi_esms) (bl-Ingliż)
- Iċ-Ċentru ta' Għarfien dwar il-Migrazzjoni u d-Demografija (bl-Ingliż)
- Il-Kummissjoni Ewropea — Migrazzjoni u Affarijiet Interni (bl-Ingliż)
- Dokumenti leġiżlattivi — l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (bl-Ingliż)
- Materjal għall-istampa — l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (bl-Ingliż)
- Frontex (bl-Ingliż)
- Migrazzjoni irregolari u ritorn (bl-Ingliż)
- Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (bl-Ingliż)
- l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (bl-Ingliż)
- Politika ta' ritorn (bl-Ingliż)
- Migrazzjoni legali (bl-Ingliż)
- Global Citizenship Observatory (GLOBALCIT) (bl-Ingliż)
- is-sit web Ewropea dwar l-Integrazzjoni (bl-Ingliż)
- OECD — Migrazzjoni internazzjonali (feed) (bl-Ingliż)
- Il-proġett CLANDESTINO dwar il-migrazzjoni irregolari fl-UE (bl-Ingliż)
- Bridge-it (bl-Ingliż)
- il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (bl-Ingliż)