Jekk inti responsabbli mit-teħid tal-kampjuni, jekk jogħġbok ipproċedi kif ġej:
- Iċċekkja l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-komoditajiet li tagħhom se tieħu kampjun, sabiex tkun taf x’tip ta’ kampjun għandek tieħu.
- Iddetermina abbażi ta’ dan li ġej kemm għandhom ikunu l-kwantitajiet tal-kampjuni. Ara wkoll id-daqs minimu tal-kampjuni fil-pass 3.
| Ippakkjar | Proċedura tal-kampjunar |
Pakketti bl-imnut u oġġetti lesti. Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda speċifika dwar il-proċedura tal-kampjunar Pakketti bl-imnut u oġġetti lesti |
Ħu għadd xieraq ta’ bottijiet, fliexken, boroż jew vażetti bħala kampjun. Kun żgur li l-laned, il-fliexken jew il-vażetti kollha jirrappreżentaw l-istess lott. Normalment, tista’ tagħżel il-kampjuni aggregati mil-lott li huwa l-akbar fl-għadd sakemm ma jkunx issuspettat li lottijiet differenti huma materjalment differenti. Dejjem ħu pakketti intatti mhux miftuħa.
Jekk it-tikketti fuq il-pakkett jindikaw li l-konsenja fiha prodotti differenti (eż. konsenja ta’ ġamm jista’ jkollha tipi differenti ta’ ġamm), trid tieħu kampjun ta’ kull tip.
Jistgħu jkunu meħtieġa inqas kampjuni jekk il-konsenja tkun omoġenja. Fil-prinċipju għandu jkun biżżejjed l-ammont/piż minimu ta’ kampjuni finali identiċi, meħtieġ mil-laboratorju skont il-linji gwida nazzjonali tiegħek li għandu jintbagħat lil-laboratorju.
Għall-pakketti bl-imnut iffriżati ara Ippakkjar: Prodotti ffriżati hawn taħt.
Wara li tieħu l-kampjuni, mur fil-pass 7 hawn taħt.
|
| Balal, btieti, boroż, laned, bottijiet jew pakketti għat-trasport oħra | Ħu kampjuni inkrementali minn għadd ta’ dawn il-pakketti, abbażi tal-kapitolu Metodi tal-Kampjunar 2.1 Kampjunar ta’ prodotti bl-ingrossa f’pakketti għat-trasport.
Il-proċedura hija deskritta hawn taħt mill-pass 3 ’il quddiem.
|
| Oġġetti bl-ingrossa | Iddetermina l-kompożizzjoni tal-oġġetti.
- L-oġġetti huma omoġenji meta l-kompożizzjoni fil-konsenja kollha tkun uniformi.
- L-oġġetti huma eteroġeni (mhux uniformi) meta l-kompożizzjoni tvarja fil-konsenja kollha.
- Meta l-oġġetti jkunu fil-forma ta’ pellets, grani jew trab, il-partikoli iżgħar jistgħu jiġu sseparati, u fil-likwidi l-partikoli żgħar jistgħu jinżlu fil-qiegħ, jifflowtjaw jew jitilgħu fil-wiċċ. Kun żgur li s-saffi ta’ fuq, tan-nofs u ta’ taħt jitħalltu tajjeb qabel tieħu kampjun.
- Jekk it-taħlit ma jkunx possibbli (eż. minħabba d-daqs tal-konsenja jew minħabba likwidi preżenti fi stat iffriżat) ħu iktar kampjuni inkrementali b’mod aleatorju minn partijiet differenti tal-konsenja biex tiżgura li l-kampjun tiegħek ikun rappreżentattiv. Ara wkoll il-kapitolu Metodi tal-Kampjunar 2.2 Kampjunar ta’ prodotti bl-ingrossa għal aktar informazzjoni.
Għall-prodotti bl-ingrossa ffriżati ara Ippakkjar: Prodotti ffriżati hawn taħt.
Il-proċedura hija deskritta hawn taħt mill-pass 3 ’il quddiem.
|
| Lott ta’ tagħbija (aktar minn lott wieħed) | Il-kampjuni jittieħdu minn kull lott. It-tikketti jistgħu jindikaw b’mod affidabbli jekk intix timmaniġġja lottijiet (konsenja ta’ oġġetti simili — iżda b’dati ta’ produzzjoni differenti, pereżempju) jew tagħbiji.
Meta l-lott ikun bl-ingrossa, ipproċedi skont il-pass 3 ’il quddiem.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, wara li tieħu l-kampjuni pproċedi skont il-pass 7 ’il quddiem.
|
| Merkanzija li tkun qed tiġi mċaqalqa (eż. biċ-ċineg trasportaturi, ippumpjata jew f’pajpijiet) | Għal-likwidi ara l-kapitolu Metodi tal-Kampjunar 1.6 Kampjunar minn merkanzija li qed tiġi mċaqalqa.
Għas-solidi ara l-kapitolu Metodi tal-Kampjunar 2.3 Kampjunar minn merkanzija li qed tiġi mċaqalqa.
Għall-gassijiet ara l-kapitlu Metodi tal-Kampjunar 6.4 Kampjunar ta’ oġġetti li qed jiġu mċaqalqa.
|
| Prodotti ffriżati | Trid tingħata attenzjoni speċjali meta jsir il-kampjunar ta’ prodotti ffriżati biex tiġi evitata l-kondensazzjoni tal-umdità minħabba t-tibdil fit-temperatura u t-taħlil, li jbiddlu l-kontenut ta’ ilma tal-kampjuni.
- Pakketti bl-imnut: Il-pakketti bl-imnut iffriżati m’għandhomx jinfetħu. Minħabba d-diffikultajiet partikolari biex tinżamm l-integrità tal-kampjuni ffriżati, iridu jittieħdu pakketti akbar mis-soltu bħala kampjuni. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta lil-laboratorju doganali tiegħek.
- Prodotti bl-ingrossa: Il-kampjunar ta’ prodotti ffriżati permezz tal-ġbir ta’ għadd ta’ biċċiet żgħar bħal pereżempju biċċiet imqattgħin bi trapan jew laqx, huwa aċċettabbli biss għall-analiżi kwalitattiva. Huwa impossibbli li tiġi evitata l-formazzjoni tal-kondensazzjoni fuq kampjuni bħal dawn. Għall-analiżi tal-laboratorju sħiħa l-oġġetti għandhom jinħallu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati (eż. fil-bini tal-importaturi) fl-imballaġġ oriġinali tagħhom u jittieħed kampjun minnhom meta jkunu laħqu temperatura ta’ madwar 10 ºC billi tinqata’ biċċa waħda li tkun kbira biżżejjed. Jekk il-kampjuni jittieħdu billi jinqatgħu fl-istat iffriżat, biċċa waħda li tkun kbira biżżejjed tirrappreżenta l-kampjun. Trid tkun imgeżwra sew biex il-kondensazzjoni sseħħ fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ. Tippruvax tifforma kampjun aggregat. Il-biċċa maqtugħa trid tkun kbira biżżejjed biex tirrappreżenta l-prodott.
|
- Ħu l-kampjuni inkrementali meħtieġa.
Iddetermina d-daqs tal-kampjun aggregat li għandu jittieħed. Għandhom jittieħdu biżżejjed kampjuni inkrementali tal-lott sabiex il-kampjun aggregat ikun biżżejjed biex jiġu ppreparati l-kampjuni finali. Id-daqs tal-kampjun aggregat jiddependi fuq:
- it-tip ta’ komodità;
- it-tip ta’ imballaġġ;
- id-daqs tal-konsenja;
- il-metodu ta’ analiżi applikat;
- l-għażla li jinqasam il-kampjun.
Il-kwantità ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu tiddependi fuq l-omoġeneità, u t-tip ta’ prodott. Ara l-iskedi tal-kampjunar għal aktar informazzjoni dwar id-daqs minimu tal-kampjun li għandu jittieħed. Għall-oġġetti li mhumiex koperti minn skeda tal-kampjunar, bħala kwantità minima rakkomandata għal kull kampjun finali ħu 0.5 l ta’ likwidu jew 0.5 kg ta’ prodott solidu.
Għall-oġġetti b’użu doppju, l-oġġetti perikolużi, in-narkotiċi u sustanzi psikoattivi oħra, prekursuri, sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) eċċ., u kampjun solidu jew likwidu mhux magħruf ara l-kapitolu Kampjunar ta’ Oġġetti Perikolużi.
Ġeneralment, id-daqs tal-kampjuni meħtieġa għall-analiżi tal-laboratorju ma jridx ikun inqas mill-kwantità minima tal-kampjun ta’ skeda speċifika, anki meta jkun hemm il-possibbiltà li jittieħed kampjun iżgħar. Hu biss bi ftehim mal-laboratorju doganali tiegħek li tista’ tipproċedi billi tieħu kampjun iżgħar minn dak speċifikat (pereżempju fil-każ ta’ prodotti li jiswew ħafna flus jew fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed biex jittieħed kampjun). Informa wkoll lid-dikjarant li huwa possibbli li wieħed jitlob li l-kampjun li jkun fadal mhux użat jiġi ritornat, meta jitlestew l-analiżijiet u l-verifiki doganali kollha.
- Ħallat il-kampjuni inkrementali sew sabiex tikseb kampjun aggregat.
- Aqsam il-kampjun aggregat fl-għadd tajjeb ta’ kampjuni finali identiċi skont il-linji gwida nazzjonali tiegħek. Ara D01-01 Separatur tal-kampjuni.

- Ippakkja l-kampjuni skont ir-rekwiżiti tal-ippakkjar (ara Kontenituri tal-kampjuni). Il-pakkett tal-kampjuni mibgħuta lil-laboratorju għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
- Numru ta’ referenza tat-talba għal analiżi;
- data tal-kampjunar;
- isem tal-uffiċċju doganali;
- tip ta’ komodità;
- referenza għad-dokument li jiddeskrivi l-kampjun.
Jekk ma jkunx possibbli li tniżżel din l-informazzjoni fuq il-pakkett, waħħal tikketta mal-pakkett.
Kun ċert li ma tħassarx jew tgħatti l-informazzjoni fuq il-pakkett oriġinali.
- Issiġilla l-kampjuni finali.
Nota
Meta l-pakkett oriġinali tal-prodotti li tagħhom tkun se tieħu kampjun ma jkunx jista’ jinfetaħ u/jew jiġi ssiġillat mingħajr ma tikkawżalu ħsara, eż. f’pakkett standard, dan il-pakkett jista’ ma jkollux bżonn jiġi ssiġillat. Tista’ sempliċement timmarka l-pakkett b’timbru. Din il-proċedura tista’ tvarja f’ċerti Stati Membri. Inkella ppakkja l-kampjun ġo borża tal-plastik trasparenti u waħħal it-tikketta u s-siġill tal-kampjun fuq il-borża. Jekk jogħġbok iċċekkja fil-linji gwida nazzjonali tiegħek.
- L-oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni li l-awtoritajiet doganali jkunu ħadu kampjun mill-konsenja. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi nota li tindika liema prodotti ttieħdu mill-konsenja.
- Inti għandek taħżen il-kampjuni fil-kundizzjonijiet xierqa f’kull mument sabiex ma jkunx hemm bidliet fil-karatteristiċi tal-prodott. Jekk ma jkunx hemm faċilitajiet disponibbli fl-uffiċċju fejn jittieħdu l-kampjuni dawn għandhom ikunu ttrasportati minnufih fil-laboratorju doganali jew post adattat għall-ħżin. Ħżin mhux adegwat jew ħażin jista’ jaffettwa l-vijabbiltà tal-kampjun u/jew ir-riżultat tal-analiżi. Irreferi għall-gwida nazzjonali tiegħek rigward l-arranġamenti ta’ ħżin u ta’ trasport. Il-kundizzjonijiet tajbin ta’ ħżin jistgħu jinkludu l-kontroll tal-espożizzjoni għad-dawl u għall-umdità kif ukoll it-temperatura.
Twissija
Il-kampjuni finali kollha għandhom jintbagħtu lil-laboratorju doganali meta l-kundizzjonijiet ta’ ħżin ma jkunux adegwati fl-uffiċċju doganali tiegħek jew f’post tal-ħżin adattat.
- Matul il-kampjunar spiss ikollok tiftaħ il-pakkett tal-prodotti u tista’ tagħmel xi ħsara. Wara li tieħu kampjun, il-pakkett li minnu tkun ħadt il-kampjun għandu jingħalaq tajjeb u jiġi mmarkat sabiex wieħed jinduna li ttieħed kampjun minnu. Dan għandu jsir mid-dikjarant jekk ikun preżenti.
- Il-proċess ta’ kampjunar spiss joħloq xi skart jew prodotti mħassra. Inti għandek tillimita l-ammont ta’ prodotti mħassra meta tagħmel il-pjan tiegħek tal-kampjunar. Kwalunkwe porzjon li ma tużax jista’ jingħata lura lid-dikjarant. Il-prodotti żejda qatt m’għandhom jintefgħu lura mal-konsenja għaliex jistgħu jikkawżaw xi kontaminazzjoni. Armi l-iskart u l-prodotti mħassra skont il-linji gwida nazzjonali u l-proċeduri lokali.
Linji gwida ġenerali dwar ir-rimi ta’ skart jew prodotti mħassra jingħataw fit-taqsima “Saħħa u sikurezza”, Introduzzjoni għall-prinċipji ġenerali, u fl-SDS.