It-taqsima li ġejja tiddeskrivi l-prinċipji tal-kampjunar ta’ prodotti fil-forma ta’ likwidi, granijiet, trabijiet, pakketti għall-bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut, eċċ. Għandhom jintużaw il-proċeduri deskritti hawn taħt, ħlief għal prodotti speċifiċi fejn jistgħu jkunu meħtieġa proċeduri differenti. (eż. oġġetti perikolużi)

Għall-iskopijiet ta’ żdoganar tal-merkanzija, ħu kampjun wieħed aggregat li jikkonsisti f’għadd xieraq ta’ kampjuni inkrementali magħżula b’mod aleatorju jew sistematiku mal-konsenja kollha. Jekk inti ssodisfat li l-konsenja hija omoġena, normalment jittieħed kampjun inkrementali wieħed li jitqies bħala rappreżentattiv tal-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali.


1. Kampjunar ta’ Likwidi

Din it-taqsima tkopri l-kampjunar ta’ prodotti likwidi f’temperaturi ambjentali.

Il-kapitolu Informazzjoni ġenerali dwar il-kampjunar jagħti xi informazzjoni dwar il-prodotti omoġeni u eteroġeni. Il-gwida fit-taqsimiet li ġejjin tispjega kif għandek tieħu kampjun minn prodotti eteroġeni li jeħtieġu għadd ta’ kampjuni inkrementali sabiex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv.

F’xi każijiet jista’ jkun diffiċli jew impossibbli li jittieħed aktar minn kampjun wieħed, madankollu, jekk tkun issodisfat li l-prodott huwa omoġenu, jista’ jittieħed kampjun wieħed bħala dak rappreżentattiv tal-konsenja.

Tista’ tkun issodisfat li l-likwidu jista’ jitqies omoġenu meta:
Jekk il-prodotti ma jkunux omoġeni minħabba n-natura tagħhom, u l-omoġenizzazzjoni ma tkunx possibbli, irid jittieħed għadd akbar ta’ kampjuni inkrementali f’diversi punti (profonditajiet) sabiex jiġi żgurat li jinkiseb kampjun rappreżentattiv. Meta jkun hemm tħassib serju dwar il-kisba ta’ kampjun rappreżentattiv, ikkonsulta l-laboratorju doganali dwar il-pjan tal-kampjunar.


1.1 Kampjunar minn tankijiet

1 - superfiċe tal-likwidu
2 - kampjun mis-superfiċe – meħud mis-superfiċe
3 - kampjun minn fuq nett – madwar 10 cm sa 20 cm mis-superfiċe tal-likwidu (jiddependi mill-volum / mill-għoli tal-kontenitur)
4 - kampjun minn fuq – 5/6 tal-għoli mill-qiegħ sas-superfiċe
5 - kampjun min-nofs - 3/6 tal-għoli mill-qiegħ sas-superfiċe
6 - kampjun mill-qiegħ - 1/6 tal-għoli mill-qiegħ sas-superfiċe
7 - kampjun mill-iżbokk – mill-valv tal-iżbokk
8 - kampjun minn isfel


Jittieħdu kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni aleatorji minn fuq, min-nofs, u mill-qiegħ mill-pożizzjonijiet Numri 4, 5, u 6 (murija fl-istampa). Il-kampjuni inkrementali minimi meħtieġa huma mogħtija fit-tabella li jmiss:

Livell tal-likwiduKampjun minn fuqKampjun min-NofsKampjun mill-Qiegħ
<3 m1
3 m - 4.5 m11
>4.5 m111


Jistgħu jintużaw kontenituri għall-immersjoni (Għodda għall-kampjunar L02-01, L02-02) biex jittieħdu l-kampjuni. Il-kampjunatur jitniżżel minn ġol-fetħa tat-tank sakemm jilħaq il-livell mixtieq, jinfetaħ u jinżamm f’postu sakemm jimtela u fl-aħħar jittella’ ’l fuq.
Fil-każ ta’ likwidi viskużi jew kremużi ħafna, huma meħtieġa aktar kampjuni inkrementali f’għoli differenti. Jista’ jintuża wkoll kampjunatur użat għall-kampjunar minn diversi livelli (Kontenitur għall-Immersjoni L02-01) biex jittieħdu l-kampjuni mit-tankijiet.

Tista’ tintuża wkoll pompa li toħloq vakwu (Kampjunatur L01-01), jekk il-profondità li minnha jrid jittieħed il-kampjun ma taqbiżx l-4 m, u skont il-viskożità tal-likwidu. Għandhom jittieħdu kwantitajiet ta’ kampjuni indaqs mis-superfiċe, min-nofs u mill-qiegħ.

Il-kampjuni inkrementali mill-punti/mil-livelli kollha ta’ kampjunar jinġabru f’kontenitur għat-taħlit, u wara li jitħalltu sew jinħoloq kampjun aggregat. Jekk ikun ċert li t-tankijiet kollha tal-kontenitur ikun fihom l-istess lott (bi proprjetajiet identiċi), jista’ jiġi fformat kampjun aggregat għall-konsenja kollha billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali meħuda mit-tankijiet kollha. L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu jiġi ddeterminat mill-għadd ta’ tankijiet li jkun fihom l-istess prodott mill-istess lott. Ftakar li xi impuritajiet u/jew ilma residwu jistgħu jkunu preżenti fis-superfiċe tal-likwidu jew fil-qiegħ tat-tankijiet.

Jekk ma jkunx possibbli li jittieħdu kampjuni rappreżentattivi mis-superfiċje ta’ tank, il-kampjunar irid isir waqt it-tbattil jew il-mili (Kampjunatur L06-01) (Ara Kapitolu 1.4 Kampjunar minn merkanzija li qed tiġi mċaqalqa).


1.2 Kampjunar minn vapuri jew barkuni u bawżers li jinġibdu fit-triq jew mill-ferroviji

Il-kapaċità totali ta’ vapur jew barkun għat-trasport ta’ merkanzija likwida normalment tkun maqsuma f’għadd ta’ reċipjenti indipendenti (sezzjonijiet, kompartimenti), li jistgħu jkunu ta’ daqsijiet differenti. Il-proċeduri tal-kampjunar u l-formazzjoni ta’ kampjuni aggregati huma l-istess bħal dawk deskritti għall-kampjunar mit-tankijiet. Jittieħdu kampjuni inkrementali minn kull reċipjent indipendenti. Jekk inkunu ċerti li r-reċipjenti kollha tal-bastiment fihom l-istess lott, jista’ jiġi fformat kampjun aggregat għall-bastiment kollu billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali meħuda mir-reċipjenti kollha.

Il-bawżers li jinġibdu mill-ferroviji u mit-trakkijiet jistgħu jitqiesu bħala tankijiet ċilindriċi orizzontali. Jekk inkunu ċerti li l-kompartimenti kollha ta’ bawżer li jinġibed mill-ferroviji jew fit-triq fihom l-istess lott, jista’ jiġi fformat kampjun aggregat għall-bawżer kollu billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali meħuda mill-kompartimenti kollha. Jekk ma jkunx possibbli li jittieħdu kampjuni rappreżentattivi mis-superfiċje ta’ tank, il-kampjunar irid isir waqt it-tbattil jew il-mili (Kampjunatur L06-01).

Huwa meħtieġ kampjun wieħed biss mit-tankijiet tal-fjuwil tal-vetturi. Ara l-iskeda għall-proċedura tal-kampjunar Likwidi tal-petroleum.


1.3 Kampjunar minn pakketti għat-trasport

Il-kampjunar jista’ jitwettaq bl-użu ta’ pompa li toħloq vakwu (Kampjunatur L01-01), diversi kampjunaturi tat-tip pipetta (Kampjunatur L03-01) jew kampjunaturi xierqa oħrajn eż. Kampjunatur L04-01 jew Kampjunatur L05-01.

Għadd ta’ pakkettiGħadd ta’ pakketti li jridu jinfetħu għall-kampjunarAmmont ta’ kampjun inkrementaliAmmont ta’ kampjun aggregatAmmont ta’ kampjun finali
2-252Massimu 1 lMassimu 2 l0.5 l
26-1004Massimu 1 lMassimu 4 l0.5 l
Aktar minn 10010Massimu 1 lMassimu 10 l0.5 l


Jekk ikun possibbli, omoġenizza kif xieraq il-kontenut tal-pakketti għat-trasport qabel il-kampjunar. Jekk il-kampjuni jridu jittieħdu minn pakkett għat-trasport wieħed biss, il-kampjuni finali għandhom jitferrgħu direttament mill-kampjunatur għall-kontenituri tal-kampjuni. Meta jkun se jittieħed kampjun minn sett ta’ pakketti għat-trasport u nkunu ċerti li kollha fihom l-istess prodott, jittieħdu kampjuni inkrementali minn pakketti għat-trasport differenti, li mbagħad jiġu kkombinati f’reċipjent sabiex jinħoloq il-kampjun aggregat. Wara taħlit sew tal-kampjun aggregat, jinkiseb il-kampjun finali.


1.4 Kampjunar minn merkanzija li qed tiġi mċaqalqa

Jekk possibbli, l-aktar kampjun rappreżentattiv tal-prodott likwidu ttrasportat bl-ingrossa jista’ jinkiseb meta jkun qed jiġi mċaqlaq, eż. bl-użu ta’ Kampjunatur L06-01. Qabel ma jittieħed kampjun, it-tagħmir tal-kampjunar, il-vit u t-tubu jridu jiġu mlaħalħa bil-prodott li minnu jkun qed jittieħed kampjun. Bħala minimu għandhom jittieħdu tliet kampjuni inkrementali, fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tat-tbattil jew tal-mili, iżda għandek tqis il-kwantità totali tal-konsenja u l-veloċità taċ-ċaqliq meta tiddetermina l-għadd ta’ kampjuni inkrementali meħtieġa u l-intervall bejn il-kampjunar. Il-kampjun aggregat jinħoloq billi tħallat il-kampjuni inkrementali. Il-kampjuni finali jistgħu jinkisbu mill-kampjun aggregat.


2. Kampjunar ta’ solidi

Din it-taqsima tiddeskrivi l-kampjunar ta’ oġġetti solidi fil-forma ta’ trabijiet, partikoli ħoxnin jew fini, granijiet u tipi oħrajn ta’ prodotti solidi bl-ingrossa. Il-prodotti bl-ingrossa jistgħu jiġu ttrasportati f’pakketti jew sfużi.

Jekk il-prodotti ma jkunux omoġeni minħabba n-natura tagħhom, u l-omoġenizzazzjoni ma tkunx possibbli, irid jittieħed għadd akbar ta’ kampjuni inkrementali f’diversi punti (profonditajiet) sabiex jiġi żgurat li jinkiseb kampjun rappreżentattiv. Meta jkun hemm tħassib serju dwar il-kisba ta’ kampjun rappreżentattiv, ikkonsulta l-laboratorju doganali dwar il-pjan tal-kampjunar.


2.1 Kampjunar minn prodotti bl-ingrossa

Fil-każ ta’ prodotti bl-ingrossa ttrasportati fi stat mhux ippakkjat, jittieħdu kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali minn ħames pożizzjonijiet jew aktar fil-konsenja bl-ingrossa. L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li jrid jittieħed jiddependi mill-kwantità ta’ oġġetti, mill-kontenitur li fih jinħażnu u mill-possibbiltajiet prattiċi għall-kampjunar.

Il-kampjuni inkrementali jinġabru f’kontenitur għat-taħlit u wara li jkunu tħalltu sew jiġi fformat kampjun aggregat. Il-kampjun finali jinkiseb bl-użu tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.

Ħarsa ġenerali lejn l-ammont tal-konsenja u l-ammont tal-kampjun li jrid jittieħed hija speċifikata fl-iskedi tal-proċedura tal-kampjunar għal kull tip ta’ prodott. Għall-oġġetti mhux koperti minn skeda tal-kampjunar tista’ tintuża din it-tabella:

Ammont tal-konsenja [f’tunnellati]Għadd ta’ kampjuni inkrementaliDaqs tal-kampjun inkrementaliDaqs tal-kampjun aggregatDaqs tal-kampjun finali
Inqas minn 155Massimu 1 kgMassimu 5 kg0.5 kg
16-308Massimu 1 kgMassimu 8 kg0.5 kg
31-5011Massimu 1 kgMassimu 11 kg0.5 kg
Aktar minn 5011 mill-ewwel 50 tunnellata, imbagħad 9 għal kull 50 tunnellataMassimu 1 kg0.5 kg


Fejn oġġetti bl-ingrossa jiġu ttrasportati f’vaguni jew trakkijiet, il-kampjuni jittieħdu minn kull vagun jew kompartiment. F’dan il-każ jingħażlu punti speċifiċi biex ikun żgurat li jittieħed kampjun rappreżentattiv mill-partijiet kollha tal-konsenja.

F’ċerti postijiet fejn il-prodotti bl-ingrossa jiġu mmaniġġati b’mod regolari, jista’ jiġi installat Kampjunatur Awtomatiku. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu aċċettati għal skopijiet uffiċjali sakemm il-kampjunar ikun taħt superviżjoni l-ħin kollu minn uffiċjal doganali. Ara Għodod għall-Kampjunar A01-01.

Jekk inkunu ċerti li l-kompartimenti kollha tat-trakk ikun fihom l-istess lott, jista’ jiġi fformat kampjun aggregat għat-trakk kollu billi jiġu kkombinati l-kampjuni inkrementali meħuda mill-kompartimenti kollha.


2.2 Kampjunar ta’ prodotti bl-ingrossa minn pakketti għat-trasport

Jistgħu jintużaw għodod differenti għall-kampjunar skont il-prodott u l-metodu ta’ trasport: kampjunatur f’għamla ta’ lanzetta (Kampjunatur S01-01) biex jittaqqab il-pakkett, diversi kampjunaturi għal żona speċifika (Kampjunatur S02-01), kampjunaturi f’għamla ta’ kazzola (Kampjunatur S03-01), eċċ.

Ħu nota tan-numri tal-lott differenti jew tat-tiraturi jew tad-data tal-produzzjoni meta tkun qed tieħu l-kampjuni. Tista’ tieħu inqas kampjuni inkrementali meta l-marki u n-numri fuq il-pakketti għat-trasport ikunu kollha l-istess.

Għadd ta’ pakkettiGħadd ta’ pakketti li jridu jinfetħu għall-kampjunarAmmont ta’ kampjun inkrementaliAmmont ta’ kampjun aggregatAmmont ta’ kampjun finali
2-252Massimu 1 kgMassimu 2 kg0.5 kg
26-1004Massimu 1 kgMassimu 4 kg0.5 kg
Aktar minn 10010Massimu 1 kgMassimu 10 kg0.5 kg


Għandek tiżgura li l-oġġetti li qed jiġu eżaminati jikkonsistu f’konsenja waħda. Jekk hemm diversi konsenji, dawn iridu jkunu identifikati b’mod separat. Iċċekkja jekk l-oġġetti li minnhom se jittieħed kampjun humiex ġejjin mill-istess lott ta’ produzzjoni. Jekk ikun hemm lottijiet differenti, irid jittieħed kampjun minnhom b’mod separat. Kampjun aggregat jista’ jiġi fformat biss minn pakketti mill-istess lott. Kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali jittieħdu minn pakketti għat-trasport differenti li jinsabu f’pożizzjonijiet differenti fil-vettura ta’ trasport jew fil-faċilità tal-ħżin. Dawn jinġabru f’kontenitur għat-taħlit u wara li jitħalltu sew jiġi fformat kampjun aggregat. Il-kampjun finali jinkiseb bl-użu tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.

Il-pakketti mqattgħin ma għandhomx jintużaw bħala parti mill-kampjun aggregat. Dawn għandhom jitwarrbu u, jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu eżaminati u rrapportati b’mod separat.


2.3 Kampjunar minn merkanzija li qed tiġi mċaqalqa

Jekk possibbli, l-aktar kampjun rappreżentattiv ta’ oġġetti bl-ingrossa jista’ jinkiseb meta jkunu qegħdin jitbattlu jew jiġu mċaqalqa.
Bħala minimu għandhom jittieħdu tliet kampjuni inkrementali, fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tat-tbattil jew tal-mili, iżda għandek tqis il-kwantità totali tal-konsenja u l-veloċità taċ-ċaqliq meta tiddetermina l-għadd ta’ kampjuni inkrementali meħtieġa u l-intervall bejn il-kampjunar.

Meta l-oġġetti jkunu qegħdin jiġu mċaqalqa mekkanikament permezz ta’ conveyors jew permezz ta’ tagħmir ieħor, jista’ jkun hemm valvi jew żrieżaq ta’ devjazzjoni li jippermettu li jinġabru kampjuni f’intervalli regolari mill-fluss ta’ materjal. Il-kampjun aggregat jinħoloq billi jitħalltu l-kampjuni inkrementali. Il-kampjun finali jinkiseb bl-użu tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.

F’ċerti postijiet fejn il-prodotti bl-ingrossa jiġu mmaniġġati b’mod regolari, jista’ jiġi installat Kampjunatur Awtomatiku. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu aċċettati għal skopijiet uffiċjali sakemm il-kampjunar jiġi sorveljat il-ħin kollu minn uffiċjal. Ara Għodod għall-Kampjunar A01-01.



3. Kampjunar ta’ pakketti għall-bejgħ bl-imnut

Pakkett bl-imnut għandu jitqies li huwa kwalunkwe pakkett imħejji speċifikament għall-bejgħ lil individwu għall-użu domestiku.

Kunsiderazzjonijiet prattiċi jistgħu jfissru li inti tittratta pakkett akbar bħala pakkett bl-imnut anki jekk ma jkunx ikklassifikat bħala tali fin-Nomenklatura Magħquda/TARIC.

Dan japplika b’mod partikolari fil-każ ta’ prodotti eteroġeni fejn ikun meħtieġ li tieħu pakketti sħaħ sabiex tikseb kampjun rappreżentattiv.

Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda speċifika Pakketti bl-imnut u oġġetti lesti.



4. Kampjunar ta’ oġġetti

Meta l-oġġetti jinstabu li huma oġġetti f’biċċiet (eż. prodotti tal-injam, tal-ġebel u taċ-ċeramika, ikkastjar tal-metall jew folji jew prodotti bħal apparat elettroniku) ġeneralment għandek tieħu oġġetti sħaħ. Jekk oġġett wieħed ikun kbir, il-biċċa rappreżentattiva tista’ tiġi sseparata (bl-użu ta’ għodda xierqa bħal serrieq, mannara u tongs) u tintbagħat fil-laboratorju għall-eżaminazzjoni. Oġġetti kbar (bħal tubi jew folji tal-metall) jistgħu jiġu ttestjati minnufih bl-użu ta’ laboratorju mobbli jew permezz ta’ tagħmir dijanjostiku mobbli. F’xi każijiet, l-iskedi tekniċi tad-data u l-evidenza fotografika jistgħu jkunu alternattiva sodisfaċenti għall-kampjunar. Madankollu l-kampjunar xorta jista’ jkun meħtieġ f’xi każijiet għal klassifikazzjoni sħiħa.

Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda speċifika Pakketti bl-imnut u oġġetti lesti.



5. Kampjunar ta’ skart

Il-kampjunar u l-analiżi tal-iskart jistgħu jagħtu biss evidenza tal-kompożizzjoni tal-oġġetti. Dan ma jagħtix evidenza li l-materjal li ttieħed kampjun minnu huwa kkunsidrat bħala skart, u għandhom jitwettqu aktar verifiki jew riċerka amministrattiva fiċ-ċirkostanzi tal-oġġetti għall-konferma tal-klassifikazzjoni bħala skart.

Għal fini ambjentali speċifiċi hija neċessarja proċedura ta’ kampjunar aktar dettaljata. Għal dawn il-każijiet ara l-proċeduri speċifiċi tal-kampjunar ambjentali jew staqsi espert għal parir.
Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda speċifika Skart.



6. Kampjunar ta’ gassijiet

Din it-taqsima tiddeskrivi l-kampjunar ta’ sustanzi kimiċi, prodotti kimiċi u preparati mixxellanji f’forma gassuża.

Normalment il-kampjunar ta’ prodotti gassużi u ta’ gassijiet likwifikati ma jsirx mill-uffiċjali doganali. Jekk il-kampjunar ikun verament meħtieġ, għandu jittieħed kampjun minn dawn il-prodotti minn persuni familjari mal-prekawzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa jew taħt is-superviżjoni tagħhom. Dawn iridu jkunu mħarrġa u mgħammra kif xieraq sabiex jieħdu kampjuni tal-gassijiet. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta lil-laboratorju doganali tiegħek.

F’ċerti postijiet (pipelines u stazzjonijiet tal-ippumpjar) fejn il-gassijiet bl-ingrossa jiġu mmaniġġati regolarment jista’ jiġi installat Kampjunatur Awtomatiku. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu aċċettati għal skopijiet uffiċjali sakemm il-kampjunar ikun taħt superviżjoni l-ħin kollu minn uffiċjal doganali. Ara Għodod għall-Kampjunar A01-01.

Għal informazzjoni dwar il-kampjunar tal-LPG, ara l-iskeda speċifika Gassijiet tal-Petroleum Likwifikati (LPG).


6.1 Kummenti ġenerali

Il-kontenitur tal-kampjunar (Ċilindru tal-Gass M10) għandu jkun ikkundizzjonat billi tlaħalħu bil-gass li tkun se tieħu kampjun tiegħu u ma għandux jiġi espost għall-pressjoni. L-għadd ta’ kampjuni inkrementali għandu jiġi miftiehem mill-partijiet kollha involuti sakemm il-kampjunar ma jsirx b’mod awtomatiku u kontinwu. Jekk il-kompożizzjoni ma tkunx kompletament omoġena, l-omoġenità tista’ tiżdied b’apparat tat-taħlit statiku. L-adattament tal-materjali użati fis-sistema tal-kampjunar jiddependi mill-gass li jkun se jittieħed kampjun tiegħu. Ġeneralment huwa rrakkomandat l-użu tal-azzar inossidabbli. Is-sitijiet tal-valvi u s-siġilli tal-pistuni jridu jkunu magħmula minn materjal (tal-lasktu) adattat għall-użu intenzjonat tiegħu. Huwa rrakkomandat li ċ-ċilindri tal-kampjunar użati għall-gassijiet korrużivi jkollhom kopertura tal-politetrafluworoetilen (PTFE) jew reżina tal-epossi.

Ġeneralment, il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-kampjuni jrid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-kompatibbiltà ta’ materjali differenti mal-komponenti tal-gass tidher fit-tabella li ġejja:

Materjal
Gass
Azzar
inossidabbli
Al Ti PTFE Poliammid Ħġieġ
Diossidu tal-karbonjuxxx-xx
Monossidu tal-karbonjuxxx-xx
Sulfur tal-karbonilxxx-xx
Eljuxxx-xx
Idrokarburixxx-xx
Idroġenuxxx-xx
Sulfur tal-idroġenu--xxxx
Merkurju--x--x
Metanolxxx--x
Ossiġenuxxx--x
Tetraidrotijofen--xxxx
Tijols--xxxx
Ilma--x--x


Il-ħġieġ huwa materjal inert ħafna, iżda faċilment jinkiser u mhux sikur għall-kampjunar f’pressjoni ogħla mill-pressjoni atmosferika.
Il-PTFE huwa inert iżda jista’ jkollu proprjetajiet ta’ assorbiment. Huwa permeabbli, pereżempju, għall-ilma, għall-elju u għall-idroġenu.

L-immaniġġjar u l-imballaġġ tal-kampjuni għandu jsir f’post b’ventilazzjoni tajba. Meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni disponibbli jew l-informazzjoni (it-tikkettar, is-simboli ta’ periklu u ta’ sikurezza, l-SDS, id-dokumenti) tkun differenti minn dak li tistenna, għandek tittratta l-oġġetti bħala perikolużi. Il-kontenituri għandhom ikunu magħmulin minn materjal adattat għall-ħażna sikura ta’ gassijiet u għandhom ikunu ssiġillati sabiex jipprevjenu t-tnixxija jew l-assorbiment tal-indewwa. Il-kontenituri tal-kampjuni jridu jkunu nodfa u ħielsa mis-sustanzi kollha li jistgħu jikkontaminaw il-materjal li jkun qed jittieħed kampjun tiegħu. Iċ-ċilindri tal-ħġieġ ma jridux ikunu esposti għal pressjoni. Iċ-ċilindri jrid jkollhom tikketta bil-volum, il-pressjoni u l-pressjoni tat-test. Iċ-ċilindri jridu jkunu kapaċi jifilħu, mingħajr ma jinfaqgħu, pressjoni ta’ mill-anqas 1.5 darbiet il-pressjoni tat-tħaddim. Iċ-ċilindri u t-tagħmir assoċjat iridu jiġu spezzjonati u ttestjati perjodikament sabiex ikun żgurat li ma jnixxux. Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

B’mod ġenerali:


6.2 Kampjunar minn tankijiet

Jekk irid jittieħed kampjun minn tank dan irid jinġabar direttament mill-kampjunatur għal ġol-kontenitur tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass M10) permezz tas-sistema ta’ fittings, konnetturi, valvi u tubi (G01-01). Meta jkun se jittieħed kampjun minn sett ta’ tankijiet li jirrappreżenta lott wieħed identiku, jittieħdu kampjuni inkrementali minn diversi tankijiet magħżula b’mod aleatorju, li mbagħad jiġu kkombinati sabiex jinħoloq il-kampjun aggregat. Dan il-mod ta’ kampjunar jagħti kampjun li huwa rappreżentattiv f’ħin wieħed biss.


6.3 Kampjunar minn ċilindri u kontenituri simili

Għandek tiżgura li l-oġġetti li tkun qed tiċċekkja jikkonsistu f’konsenja waħda. Jekk ikun hemm diversi konsenji, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Kampjun inkrementali għandu jittieħed minn kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew b’mod sistematiku mill-konsenja kollha. Jekk irid jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss dan irid jinġabar direttament mill-kampjunatur għal ġol-kontenitur tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass M10) permezz tas-sistema ta’ fittings, konnetturi, valvi u tubi (G01-01). Meta jkun se jittieħed kampjun ta’ sett ta’ ċilindri li jirrappreżentaw lott wieħed identiku, għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn diversi ċilindri magħżula b’mod aleatorju, li mbagħad jiġu kkombinati sabiex jinħoloq il-kampjun aggregat.


6.4 Kampjunar minn ċilindri u kontenituri simili

Meta l-prodott ikun qed jiċċaqlaq bl-użu ta’ pipeline jew tagħmir ieħor jista’ jkun hemm valvi li jbiddlu d-direzzjoni jew kampjunaturi li joffru rotta differenti immuntati ħdejn il-pipeline jew immuntati direttament fuq il-pipeline, li jippermettu li l-kampjuni jittieħdu f’intervalli regolari determinati mill-veloċità taċ-ċaqliq.
Il-kampjuni inkrementali mbagħad jinġabru f’ċilindru tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass M10) matul perjodu ta’ żmien, għal analiżi li ssir aktar tard fil-laboratorju. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul il-ħin kollu li l-lott ikun għaddej minn quddiem il-punt tal-kampjunar sabiex jiġi żgurat li l-kampjun aggregat ikun wieħed rappreżentattiv. Irrispettivament mil-liema sonda tuża, l-aktar ħaġa importanti li għandek tiftakar hija li tkun żgur li l-ponta tas-sonda titpoġġa fin-nofs tal-pipeline jew, jekk dan ma jkunx possibbli fiċ-ċentru, f’1/3 tad-dijametru tal-pajp.

Eżempji ta’ sondi għall-kampjunar mill-pipelines (minn EN ISO 3170)



Reviżjonijiet
VerżjoniDataBidliet
1.012.10.2012L-ewwel verżjoni
1.330.06.2024Verżjoni kurrenti