![]() | |
Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Kampjunaturi Awtomatiċi |
Kodiċi tal-Istrument: | A01-01 |
Isem: | Kampjunaturi Awtomatiċi |
Sinonimi: | Kampjunaturi devjaturi, kampjunaturi li jieħdu l-kampjuni permezz ta’ immersjoni |
Deskrizzjoni: | Tagħmir awtomatizzat għat-teħid ta’ kampjuni standardizzati ta’ prodott. Dawn jinkludu:
|
Stampa: | Kampjunatur Awtomatiku tal-Ħbub![]() Kampjunatur Robotiku tal-Ħbub - li jieħu l-kampjuni tal-ħbub minn trakk tat-triq f’punti determinati minn qabel, pereżempju ![]() ![]() Valv devjatur fuq sistema ta’ conveyor Valv devjatur awtomatiku - Faċilità bħal din, mibnija apposta għall-immaniġġjar tal-ħbub, tista’ tkun mgħammra b’hoppers li jiżnu l-merkanzija u valvi devjaturi li jieħdu kampjuni f’intervalli regolari mill-conveyor jew mill-hopper tal-użin. Il-kostruzzjoni u t-tħaddim se jvarjaw minn post għall-ieħor. ![]() ![]() |
Applikazzjoni: | Kampjunar inkrementali frekwenti ta’ prodotti bl-ingrossa minn vaguni fit-triq jew ferrovjarji miftuħa – jew meta l-prodotti bl-ingrossa jkunu qed jiġu mċaqalqa permezz ta’ conveyor jew ta’ pipeline. It-tagħmir jiġi installat, imħaddem u miżmum min-negozjant jew mill-operatur tal-port jew tal-faċilità. |
Tħaddim: | It-tħaddim ta’ kull tip ta’ kampjunatur jiddependi mit-tip u l-metodu tal-installazzjoni. Huwa meħtieġ fehim sħiħ tat-tħaddim tal-kampjunatur individwali qabel ma l-kampjuni jkunu jistgħu jiġu aċċettati għal skopijiet uffiċjali. Qabel ma jibda l-kampjunar, għandhom jinkisbu kopji tal-proċeduri operattivi flimkien ma’ dijagrammi (jekk disponibbli). L-operazzjoni sħiħa ta’ kampjunar għandha tkun sorveljata mill-Uffiċjali. |
Eżempji tipiċi: |
|
Tindif u manutenzjoni: | Il-manutenzjoni għandha titwettaq mis-sid tal-faċilità. It-tagħmir għandu jiġi ttestjat u ċċertifikat mill-manifattur fuq bażi regolari biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett. Kontroll tal-iskeda tal-manutenzjoni/tal-ittestjar qabel ma jibda l-kampjunar (Ara l-linji gwida lokali jew nazzjonali.) |
Reviżjonijiet | ||
Verżjoni | Data | Bidliet |
1.1 | 15.01.2022 | L-ewwel verżjoni |