breadcrumb.ecName

Rapport Annwali għall-2016 dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Reports

Data: 18 dec 2017

Perjodu: 2014-2020

Tema: Environment

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("ir-Regolament") jipprevedi fl-Artikolu 12 tiegħu li għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attività tal-Fond fis-sena ta' qabel. Ir-rapport preżenti jiddeskrivi l-attivitajiet tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (“il-Fond ta’ Solidarjetà”) tul is-sena 2016. Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor l-applikazzjonijiet li ġew irċevuti u l-każijiet li ngħalqu fl-2016. L-applikazzjonijiet li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fl-2016 ġew ivvalutati skont il-kriterji riveduti stipulati fir-Regolament wara li ġie emendat fl-2014.

Fl-2016, il-Kummissjoni rċeviet sitt applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà, jiġifieri mill-Greċja (it-terremot ta’ Lefkada), mir-Renju Unit (għargħar), mill-Ġermanja (l-għargħar tal-Bavarja t’Isfel), minn Ċipru (nixfa u nirien), mill-Portugall (in-nirien ta’ Madeira) u mill-Italja (terremoti). Is-sensiela ta’ terremoti fl-Appennini Taljani bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 tirrappreżenta l-ikbar diżastru naturali għall-Fond ta’ Solidarjetà.

Erba’ pajjiżi talbu pagamenti bil-quddiem, li ġew introdotti mar-reviżjoni tar-Regolament fl-2014. F’dawn il-każi l-Kummissjoni ħallset l-avvanzi li ammontaw għal total ta’ EUR 31,3 miljun fi żmien ftit ġimgħat wara li rċeviet l-applikazzjonijiet.

Fl-2016, il-Fond ta’ Solidarjetà ġie mmobilizzat għal ammont ta’ EUR 33,1 miljun għal żewġ applikazzjonijiet, jiġifieri t-terremot fil-Greċja u l-għargħar fil-Ġermanja. Id-deċiżjonijiet dwar l-erba’ applikazzjonijiet l-oħrajn li ġew irċevuti fl-2016 ittieħdu kmieni fl-2017.

Fl-2016, il-Kummissjoni għalqet erba’ interventi tal-Fond ta’ Solidarjetà. Id-dettalji huma deskritti fit-Taqsima 4.

L-Anness I jippreżenta l-livelli limitu ta’ “diżastru maġġuri” applikabbli fl-2016 biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà. L-Anness II jippreżenta ħarsa ġenerali tal-applikazzjonijiet irċevuti fl-2016, inkluża l-informazzjoni finanzjarja relevanti.