Gwida għall-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali ta' Kontroll u l-Opinjoni tal-Awditjar
L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi gwida dwar l-ACRs u l-opinjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 127(5) tas-CPR. Din il-gwida hija applikabbli għall-FSIE, ħlief għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u ssegwi l-istruttura tal-mudelli tal-ACR u tal-opinjoni tal-awditjar definiti fl-Annessi VIII u IX tas-CIR.Flimkien mad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, is-sommarju annwali (it-tnejn li huma responsabbiltà tal-MA) u l-kontijiet (responsabbiltà tas-CA), l-ACR u l-opinjoni tal-awditjar mill-AA huma element importanti li permezz tiegħu l-Kummissjoni tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar il-funzjonament xieraq tal-MCS tal-FSIE fl-Istati Membri, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u l-preċiżjoni, il-kompletezza u l-veraċità tal-kontijiet.