breadcrumb.ecName

KOMUNIKAZZJONI http://ec.europa.eu/regional_policy/cooperate/adriat_ionian/pdf/com_357_mt.pdf

Communications

Data: 17 jun 2014

Perjodu: 2014-2020

Tema: Business support, Energy, Environment, Tourism, Transport, EU Strategy for the Adriatic and Ionian Region, Social inclusion, Jobs, Education and Training

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-potenzjal għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv fir-reġjun tal-Adrijatiku u tal-Jonju. Hija tipprovdi qafas għal strateġija makroreġjonali koerenti u Pjan ta’ Azzjoni, sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u lopportunitajiet, permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti.

Ir-Reġjun huwa żona funzjonali primarjament definita mill-baċir tal-Baħar Adrijatiku u l- Baħar Jonju. Filwaqt li jkopri wkoll l-erja tas-superfiċje terrestri importanti, jittratta ż-żoni tal-baħar, tal-kosta u dawk terrestri bħala sistemi interkonnessi. B'intensifikazzjoni filmovimenti ta’ merkanzija, servizzi u persuni minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE u bilprospett ta’ adeżjoni mal-UE għal pajjiżi oħra fir-reġjun, l-artijiet interni tal-portijiet għandhom rwol prominenti. L-attenzjoni ta’ konnessjonijiet bejn l-art u l-baħar tenfasizza wkoll attivitajiet fuq l-art b'impatti mhux sostenibbli fuq iż-żoni kostali u l-ekosistemi talbaħar.

Ir-Reġjun fejn jgħixu aktar minn 70 miljun persuna, għandu rwol ewlieni fit-tisħiħ talkontinwità ġeografika fl-Ewropa. L-istrateġija tibni fuq l-Inizjattiva Adrijatiku-Jonju1, li tirrigwarda tmien pajjiżi. Il-mappa tinsab mehmuża. L-Istrateġija tibqa' miftuħa għal imsieħba oħrajn fir-Reġjun.