breadcrumb.ecName

Gwida Aġġornata għall-Istati Membri dwar it-trattament tal-iżbalji żvelati fir-rapporti annwali ta' kontroll

COCOF Guidance Documents

Data: 09 oct 2015

Perjodu: 2007-2013

Tema: Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Dan id-dokument għandu l-għan li jipprovdi gwida lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-aktar lill-AAs, billi jikkjarifika l-mistoqsijiet prinċipali mqajma minnhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fir-rigward tat-trattament u l-evalwazzjoni tal-iżbalji misjuba fil-kuntest tal-awditi tal-operazzjonijiet tagħhom. Din l-gwida tipprovdi wkoll kjarifiki dwar il-kalkolu tar-rata ta' żball totali pproġettata, il-miżuri korrettivi relatati u l-impatt tal-opinjoni tal-awditjar tal-AA ippreżentata skont l-Artikolu 62(1)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Artikolu 61(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Dan id-dokument hu aġġornament tan-noti ta' gwida tal-Kummissjoni COCOF 11-0041-01-EN tas-07/12/2011 u EFFC/87/2012 tad-9/11/2012, b'qies ta' dak li tgħallimna minn dak iż-żmien permezz tal-valutazzjoni tal-ACRs tal-2012, 2013 u 2014. Din il-gwida tikkonsolida f'dokument wieħed il-kjarifiki mogħtija lill-AAs mill-2011, bl-aġġornament xieraq fejn hu meħtieġ. L-Anness 3 jippreżenta tabella li tqabbel l-istruttura tal-gwida ta' qabel mal-gwida aġġornata dwar it-trattament tal-iżbalji. Din il-gwida hi l-bażi għall-gwida dwar it-trattament tal-iżbalji għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li għad trid tiġi rilaxxata.