Statistics Explained

Archive:Statistika dwar it-turiżmu


Data minn Diċembru 2020.

Aġġornament ippjanat tal-artikolu: Marzu 2021.


This Statistics Explained article has been archived on 6 April 2021.


Highlights

Fl-2018, aktar minn nofs l-iljieli totali mqattgħin minn persuni mhux residenti fl-UE tqattgħu fi Spanja, fl-Italja u fi Franza.

Fl-2018, Spanja kienet id-destinazzjoni l-aktar komuni fl-UE għal persuni li vvjaġġaw barra minn pajjiżhom, bi 301 miljun lejl imqattgħin f’akkomodazzjoni turistika, jew 23 % tat-total tal-UE.

64 % tar-residenti tal-UE għamlu mill-inqas vjaġġ turisitiku personali wieħed fl-2018.

[[File:Tourism_statistics_FP2020-interactive-MT.XLSX]]

Dan l-Artikolu jipprovdi informazzjoni dwar statistika reċenti fir-rigward tat-turiżmufl- Unjoni Ewropea (UE). It-turiżmu għandu rwol importanti fl-UE minħabba l-potenzjal ekonomiku u ta’ impjieg tiegħu, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjali u ambjentali tiegħu. L-istatistika turistika mhux biss tintuża biex jissorveljaw il-politiki tat-turiżmu tal-UE iżda wkoll il-politiki reġjonali u tal-iżvilupp sostenibbli

Fl-2016, waħda minn kull għaxar intrapriżi fl-ekonomija Ewropea ta’ negozju mhux finanzjarju kienet tappartjeni għall-industriji tat-turiżmu. Huwa stmat li dawn it-2.4 miljun intrapriża impjegaw 13.6 miljun persuna. Intrapriżi f’industriji b’attivitajiet relatati mat-turiżmu rrappreżentaw 9.5 % tal-persuni impjegati fl-ekonomija kollha ta’ negozju mhux finanzjarju u 21.7 % tal-persuni impjegati fis-settur tas-servizzi. L-ishma tal-industriji tat-turiżmu fil-fatturat u l-valur miżjud totali fi spiża ta’ fattur kienu relattivament aktar baxxi, bl-industriji tat-turiżmu jirrappreżentaw 3.9 % tal-fatturat u 5.8 % tal-valur miżjud tal-ekonomija ta’ negozju mhux finanzjarju.


Full article

Sodod fl-UE-27: L-Italja u Franza jiddominaw

Fl-2018, terz mis-sodod kollha fl-UE-28 huma kkonċentrati fi Franza u fl-Italja

Stmat li kien hemm madwar 600 000stabbiliment ta’ akkomodazzjoni turistika attivi fl-UE-27 fl-2018 u flimkien ipprovdew kważi 28.3 miljun sodda (ara t-Tabella 1). Aktar minn terz (36.1 %) tas-sodod kollha fl-UE-27 kienu kkonċentrati fi tnejn biss mill-Istati Membri tal-UE, jiġifieri l-Italja u Franza (5.1 miljun sodda kull wieħed), segwiti minn Spanja u l-Ġermanja (3.6 u 3.5 miljun sodda rispettivament).

Table 1: Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika, 2018
Sors: Eurostat (tour_cap_nat), (tour_occ_ninat) and (tour_occ_nim)

Iljieli mqattgħin minn persuni mhux residenti fl-UE-27: Spanja fuq nett

Nofs l-iljieli totali mqattgħin minn persuni mhux residenti fl-UE-27 tqattgħu fi Spanja, fl-Italja u fi Franza

Matul snin reċenti, l-għadd ta’ ljieli mqattgħint fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika ġeneralment wera xejra ’l fuq (ara l-Figura 1). Madankollu, kien hemm tnaqqis qasir fir-ritmu qasir fl-għadd ta’ ljieli mqattgħin fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika fl-2008 u fl-2009 bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika: l-għadd ta’ ljieli turistiċi fl-UE-27 naqas b’0.2 % fl-2008 u b’2.8 % ulterjuri fl-2009. Madankollu, fl-2010, l-għadd ta’ ljieli mqattgħin beda jirkupra u laħaq l-ogħla punt ta’ 2.8 biljun lejl fl-2018, żieda sa 2.7 % meta mqabbel mal-2017.

Figura 1: Xejriet fl-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika fl-UE-27, 2005-2018
(indiċi 2005=100)
Sors: Eurostat (tour_occ_ninat)

Fl-2018, Spanja kienet id-destinazzjoni turistika l-aktar komuni fl-UE għal persuni mhux residenti (persuni li vvjaġġaw barra minn pajjiżhom), bi 301 miljun lejl imqattgħin fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika, jew 22.6 % mit-total tal-UE-27 (ara l-Figura 2 u l-Figura 3). Kważi 7 minn 10 minn dawn it-301 miljun lejl imqattgħin fi Spanja kienu kkonċentrati fi tliet reġjuni: Canarias (Il-Gżejjer Kanarji), Illes Balears (Il-Gżejjer Baleariċi) u Cataluña (Katalonja), (ara wkoll l-artikolu "Statistika turistika fil-livell reġjonali").

Madwar l-UE, l-aktar erba’ destinazzjonijiet popolari għal persuni mhux residenti kienu Spanja, l-Italja (217-il miljun lejl u Franza (103 miljun lejl), li flimkien irrappreżentaw aktar min-nofs (57.2 %) tat-total tal-iljieli mqattgħin minn persuni mhux residenti fl-UE-27. Id-destinazzjonijiet l-inqas komuni kienu l-Lussemburgu, il-Litwanja u l-Latvja; għandu jitqies l-effett tad-daqs ta’ dawn l-Istati Membri meta jiġu interpretati dawn il-valuri.

Figura 2: Destinazzjonijiet turistiċi — iljieli mqattgħin fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika, 2018
(miljuni ta’ ljieli mqattgħin fil-pajjiż minn persuni mhux residenti)
Sors: Eurostat (tour_occ_ninat)


Figura 3: Sehem ta’ ljieli mqattgħin f’akkomodazzjoni turistika fl-UE-27 minn turisti li vvjaġġaw barra mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom stess, 2018
(% tal-iljieli kollha mqattgħin f’akkomodazzjoni turistika fl-UE-27
Sors: Eurostat (tour_occ_ninat)

L-għadd ta’ ljieli mqattgħin (minn persuni residenti u persuni mhux residenti) jista’ jitqiegħed f’perspettiva billi jsir tqabbil mad-daqs ta’ kull pajjiż f’termini ta’ popolazzjoni, li jipprovdi indikatur tal-intensità tat-turiżmu. Fl-2018, permezz ta’ din il-miżura, id-destinazzjonijiet Mediterranji tal-Kroazja, Malta u Ċipru kienu fuq nett, b’22, 21 u 20 lejl imqatta’ għal kull resident rispettivament (ara l-Figura 4), segwiti mill-Awstrija (14-il lejl imqatta’ għal kull resident), mill-Greċja (11-il lejl) u Spanja (10 t’iljieli).

Figura 4: Intensità tat-turiżmu, 2018
(iljieli mqattgħin minn persuni residenti u persuni mhux residenti fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika għal kull resident)
Sors: Eurostat (tour_occ_ninat)

Parteċipazzjoni fit-turiżmu: Aktar minn 9 minn kull 10 residenti tal-Finlandja pparteċipaw fit-turiżmu

64 % mir-residenti tal-UE għamlu mill-inqas vjaġġ personali wieħed fl-2018

Huwa stmat li 64.1 % mill-popolazzjoni tal-UE-27 ta' età ta' 15-il sena jew aktar ipparteċipat fit-turiżmu għal finijiet personali fl-2018, fi kliem ieħor huma għamlu mill-inqas vjaġġ turistiku wieħed għal finijiet personali matul is-sena. Għal darb’oħra, jistgħu jiġu osservati differenzi kbar fost l-Istati Membri tal-UE, billi din ir-rata ta’ parteċipazzjoni varjat bejn 27.0 % fir-Rumanija sa 91.0 % fil-Finlandja (ara l-Figura 5).

<image imgid="figure5" zoom="100">
Figura 5: Sehem tal-popolazzjoni li tipparteċipa fit-turiżmu, 2018
(% tal-popolazzjoni ta’ età ta’ 15-il sena jew aktar)
Sors: Eurostat (tour_dem_tttot)

Vjaġġi turistiċi: Ir-residenti tal-Lussemburgu, tal-Belġju, ta’ Malta tas-Slovenja għamlu aktar vjaġġi ’l barra minn pajjiżhom milli vjaġġi domestiċi

Kważi tlieta minn kull erba’ vjaġġi tar-residenti tal-UE kienu ġewwa pajjiżhom stess

Residenti(ta’ età minn 15 ’il fuq) mill-UE-27 huwa stmat li għamlu 1.1 biljun vjaġġ turistiku fl-2018, għal finijiet personali jew kummerċjali. Aktar min-nofs (54.8 %) tal-għadd ta’ vjaġġi totali kienuvjaġġi qosra ta’ lejl wieħed sa tlieta (ara t-Tabella 2), filwaqt li 70.5 % tal-vjaġġi kollha li saru kienu destinazzjonijiet domestiċi, u l-bqija vjaġġi barra l-pajjiż.

<image imgid="table2" zoom="100">
Tabella 2: Vjaġġi turistiċi ta’ residenti
(ta’ età ta’ 15-il sena jew aktar), 2018
Sors: Eurostat (tour_dem_tttot) u (tour_dem_totot)

F’erba’ mill-Istati Membri tal-UE, aktar minn nofs l-għadd totali ta’ vjaġġi turistiċi li saru fl-2018 kienu lejn destinazzjonijiet barra mill-pajjiż; dan kien il-każ għal-Lussemburgu (98 %), il-Belġju (78 %), Malta (72 %), u s-Slovenja (61 %). Madankollu, anqas minn vjaġġ minn ħamsa li saru mir-residenti tar-Rumanija (6 %), Spanja (11 %), il-Portugall (12 %), il-Greċja (13 %) u l-Bulgarija (18 %) saru ’l barra mill-pajjiż. Jidher li dawn iċ-ċifri huma influwenzati kemm mid-daqs tal-Istati Membri kif ukoll mill-post ġeografiku tagħhom (kien hemm xejra li pajjiżi iżgħar u aktar lejn it-tramuntana jirrappurtaw inklinazzjoni akbar li r-residenti tagħhom jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom).

Ir-residenti tal-UE wrew preferenza għall-ivvjaġġar fix-xhur tas-sajf, bi kważi kwart mill-vjaġġi tagħhom saru f’Lulju jew f’Awwissu (ara wkoll l-artikolu "L-istaġjonalità fid-domanda tat-turiżmu").

Iljieli mqattgħin minn residenti tal-UE-27 barra minn pajjiżhom: Il-Lussemburgu jinsab fuq quddiem nett fl-iljieli għal kull resident

Ir-residenti tal-Ġermanja u Franza qattgħu kważi nofs l-għadd totali ta’ ljieli mqattgħin mir-residenti tal-UE-27 barra minn pajjiżhom fl-2018

Huwa stmat li r-residenti tal-UE-27 qattgħu 2.6 biljun lejl barra minn pajjiżhom fuq vjaġġi turistiċi fl-2018 (ara l-Figura 6). Ir-residenti Ġermaniżi qattgħu 911 miljun lejl fuq vjaġġi barra mill-Ġermanja fl-2018, filwaqt li residenti ta’ Franza qattgħu 400 miljun lejl barra minn pajjiżhom; residenti minn dawn iż-żewġ Stati Membri tal-UE rrappreżentaw aktar min-nofs (51.0 %) l-għadd totali ta’ ljieli mqattgħin mir-residenti tal-UE-27 barra minn pajjiżhom.

Figura 6: Sehem ta’ ljieli mqattgħin matul vaganzi ’l barra tal-Ewropej, skont il-pajjiż ta’ residenza tat-turist, 2018
(% ta’ ljieli mqattgħin barra mill-pajjiż mir-residenti tal-UE-27)
Sors: Eurostat (tour_dem_tntot)

Meta jittieħed inkunsiderazzjoni d-daqs ta’ pajjiż f’termini tal-popolazzjoni tiegħu, il-Lussemburgu kien l-Istat Membru tal-UE li r-residenti tiegħu qattgħu l-aktar iljieli barra minn pajjiżhom għal kull resident (medja ta’ 31.3 lejl fl-2018), segwit mill-Iżvezja (17.2 ljieli) u minn Ċipru (16.5 ljieli). Fl-estremità l-oħra tal-ispettru, ir-residenti tar-Rumanija, tal-Greċja, tal-Bulgarija u tal-Portugall qattgħu medja ta’ inqas minn żewġt’iljieli barra minn pajjiżhom fl-2018 (ara l-Figura 7).

Figura 7: Pajjiż ta’ oriġini għall-vjaġġi turistiċi ’l barra, 2018
(medja tal-iljieli mqattgħin barra mill-pajjiż għal kull resident ta’ età ta’ 15-il sena jew aktar)
Sors: Eurostat (tour_dem_tntot) and (demo_pjanbroad)

Nefqa fuq it-turiżmu: l-ogħla nfiq minn residenti Ġermanizi

Il-Ġermaniżi kienu ċ-ċittadini tal-UE li nefqu l-aktar fuq l-ivvjaġġar internazzjonali, b’totali ta’ EUR 80.9 biljun fl-2018

L-importanza ekonomika tat-turiżmu internazzjonali tista’ titkejjel billi jitqies il-proporzjon tar-riċevuti tal-ivvjaġġar internazzjonali b’relazzjoni mal-PDG; din id-data hija minn statistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti u tinkludi l-ivvjaġġar għan-negozju, kif ukoll ivvjaġġar għar-rikreazzjoni. Fl-2018, fost l-Istati Membri tal-UE, il-proporzjon tar-riċevuti tal-ivvjaġġar meta mqabbel mal-PDG kien l-ogħla fil-Kroazja (18.4 %), f’Ċipru (13.9 %) u f’Malta (12.7 %), li jikkonferma l-importanza tat-turiżmu għal dawn il-pajjiżi (ara t-Tabella 3). F’termini assoluti, l-ogħla riċevuti tal-ivvjaġġar internazzjonali fl-2018 ġew irreġistrati fi Spanja (EUR 69.0 biljun) u fi Franza (EUR 55.5 biljun), segwiti mill-Italja (EUR 41.7 biljun) u mill-Ġermanja (EUR 36.4 biljun).

Tabella 3: Riċevuti tal-ivvjaġġar u nefqa f’bilanċ tal-pagamenti, 2013-2018
Sors: Eurostat (bop_c6_q), (bop_eu6_q) and (nama_10_gdp)


Il-Ġermanja rreġistrat l-ogħla livell ta’ nfiq fuq l-ivvjaġġar internazzjonali, b’total ta’ EUR 80.9 biljun fl-2018, segwita minn Franza (EUR 40.5 biljun), mill-Italja (EUR 25.5 biljun) u minn Spanja (EUR 22.7 biljun).

Spanja kienet l-Istat Membru tal-UE bl-ogħla livell ta’ riċevuti netti mill-ivvjaġġar fl-2018 (EUR 46.3 biljun), filwaqt li l-Ġermanja rreġistrat l-ogħla defiċit (EUR -44.5 biljun).

Data tas-sors għat-tabelli u l-graffs

Sorsi ta’ data

F’kuntest statistiku, turiżmu jirreferi għall-attività ta’ viżitaturi li jivvjaġġaw lejn destinazzjoni barra mill-ambjent normali tagħhom, għal inqas minn sena. Dan jista’ jkun għal kwalunkwe għan prinċipali, inklużi negozju, rikreazzjoni jew raġunijiet personali oħra għajr biex jiġu impjegati minn persuna residenti, unità domestika jew intrapriża jew fil-post miżjur.

F’Lulju 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adopted a new Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE; dan daħal fis-seħħ għas-sena bażi 2012 u jirrikjedi li l-Istati Membri tal-UE jipprovdu sett regolari ta’ statistika komparabbli dwar it-turiżmu.

L-istatistika dwar it-turiżmu fl-UE tikkonsisti minn żewġ komponenti prinċipali: minn naħa waħda, statistika relatata mal-kapaċità u l-okkupanza tal-akkomodazzjoni turistika kollettiva; min-naħa l-oħra, statistika relatata mad-domanda tat-turiżmu. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, dik tal-ewwel tinġabar permezz ta’ stħarriġ mimli mill-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni, filwaqt li dik tal-aħħar tinġabar prinċipalment permezz ta’ stħarriġ tal-vjaġġaturi f’punti ta’ qsim tal-fruntieri jew permezz ta’ stħarriġ fl-unitajiet domestiċi.

L-istatistika dwar il-kapaċità tal-akkomodazzjoni turistika kollettiva tinkludi l-għadd ta’ stabbilimenti, l-għadd ta’ kmamar tas-sodda u l-għadd ta’ sodod. Din l-istatistika hija disponibbli skont it-tip ta’ stabbiliment jew skont ir-reġjun, u tiġi kkompilata kull sena. L-istatistika dwar l-okkupanza tal-akkomodazzjoni turistika kollettiva tirreferi għall-għadd ta’ wasliet (fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni) u għall-għadd ta’ ljieli mqattgħin minn persuni residenti u persuni mhux residenti, separati f’tipi ta’ stabbiliment jew f’reġjuni; huma disponibbli sensieli statistiċi annwali u ta’ kull xahar. Barra minn hekk, tiġi kkompilata l-istatistika dwar l-użu tal-kmamar tas-sodda u tas-sodod (rati ta’ okkupanza) .

L-istatistika dwar id-domanda tat-turiżmu tinġabar b’relazzjoni mal-għadd ta’ vjaġġi turistiċi li jsiru (u l-għadd ta’ ljieli mqattgħin fuq dawk il-vjaġġi), separati:

  • pajjiż tad-destinazzjoni
  • għan
  • tul tas-soġġorn;
  • tip ta’ akkomodazzjoni;
  • xahar tat-tluq;
  • mezz ta’ trasport;
  • spiża.

Id-data tiġi analizzata wkoll skont il-karatteristiki soċjodemografiċi tat-turist:

  • sess;
  • kategorija ta’ età;
  • livell edukattiv milħuq (fakultattiva);
  • introjtu tal-unità domestika (fakultattiva);
  • status ta’ attività (fakultattiva).

Sal-2013, l-istatistika dwar it-turiżmu kienet limitata għal mill-inqas lejl wieħed; mis-sena bażi 2014, iż-żjarat ’il barra fl-istess ġurnata huma koperti wkoll mill-istatistika Ewropea uffiċjali.

Tista’ tintuża data minn firxa ta’ sorsi uffiċjali oħra biex jiġi studjat it-turiżmu. Din l-istatistika tinkludi:

Kuntest

Skont pubblikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti (UNWTO) bit-titolu International Tourism Highlights (Punti ewlenin dwar it-turiżmu), l-UE hija destinazzjoni turistika kbira, b’erba’ mill-Istati Membri tagħha jinsabu fost l-għaxar destinazzjonijiet l-aktar popolari fid-dinja. It-turiżmu għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi lejn l-impjieg u t-tkabbir ekonomiku, kif ukoll lejn l-iżvilupp f’żoni rurali, periferiċi jew inqas żviluppati. Dawn il-karatteristiki jixprunaw id-domanda għal statistika affidabbli u armonizzata fi ħdan dan il-qasam, kif ukoll fi ħdan il-kuntest usa’ tal-politika reġjonali u tal-oqsma ta’ politika dwar l-iżvilupp sostenibbli.

It-turiżmu jista’ jkollu rwol sinifikanti fl-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej. L-infrastruttura maħluqa għal finijiet turistiċi tikkontribwixxi għall-iżvilupp lokali, filwaqt li l-impjiegi li jinħolqu jew jinżammu jistgħu jgħinu biex l-industrija jew iż-żoni rurali ma jmorrux lura. Turiżmu sostenibbli jinvolvi l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali u naturali, mill-arti sal-gastronomija lokali jew il-preservazzjoni tal-bijodiversità.

Fl-2006l, il-Kummissjoni Ewropea adotta Komunikazzjoni bit-titolu “Politika mġedda dwar it-turiżmu ta’ l-UE:: lejn partenarjat aktar b’saħħtu għat-turiżmu Ewropew}}” (COM(2006) 134 finali). Din tindirizza firxa ta’ sfidi li se jagħtu forma lit-turiżmu fis-snin li ġejjin, inklużi t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, kompetizzjoni esterna dejjem tiżdied, domanda tal-konsumaturi għal turiżmu aktar speċjalizzat, u l-ħtieġa li jiġu żviluppati prattiki turistiċi aktar sostenibbli u ekoloġiċi. Hija ressqet l-argument li provvista turistika aktar kompetittiva u destinazzjonijiet sostenibbli kieku jgħinu fiż-żieda tas-sodisfazzjon tat-turisti u jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala d-destinazzjoni turistika l-aktar popolari fid-dinja. F’Ottubru 2007 din kienet segwita minn Komunikazzjoni oħra bit-titolu “Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv” (COM(2007) 621 final), li pproponiet azzjonijiet relatati mal-ġestjoni sostenibbli tad-destinazzjonijiet, l-integrazzjoni tat-tħassib dwar is-sostenibbiltà min-negozji, u s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fost it-turisti.

It-Trattat ta’ Lisbona rrikonoxxa l-importanza tat-turiżmu — fejn iddeskriva fil-qosor kompetenza speċifika għall-UE f’dan il-qasam u ppermetta li jittieħdu deċiżjonijiet minn maġġoranza kwalifikata. Artikolu partikolari fi ħdan it-Trattat jispeċifika li l-UE “għandha tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tat-turiżmu, b’mod partikolari billi tippromwovi l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni f’dan is-settur”. “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew” (COM(2010) 352 finali) ġiet adottata mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju 2010. Din il-Komunikazzjoni tfittex li tħeġġeġ approċċ ikkoordinat għal inizjattivi marbuta mat-turiżmu u ddefiniet qafas ġdid għal azzjonijiet biex iżżid il-kompetittività tat-turiżmu u l-kapaċità tiegħu għal tkabbir sostenibbli. Hija pproponiet għadd ta’ inizjattivi Ewropej jew multinazzjonali — inkluża konsolidazzjoni tal-bażi ta’ għarfien soċjoekonomiku għat-turiżmu — bl-għan li jintlaħqu dawn l-objettivi.

Direct access to

Other articles
Tables
Database
Dedicated section
Publications
Methodology
Visualisations




<publications>

<publications>