L-oġġetti tal-ikel, trab
Id-Definizzjoni

(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta)
Oġġetti tal-ikel solidi f’forma ta’ trab jew biċċiet irqaq, bħal trab tal-ħalib, dqiq jew zokkor tal-ġelu.

Din l-iskeda tkopri wkoll il-prodotti tal-għalf tal-annimali f’forma ta’ trab jew biċċiet irqaq.

Għal partikoli akbar ara l-iskeda għal “Ħabb u żrieragħ sfużi”.

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”.


L-oġġetti tal-ikel, trab
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun

0,5 kg
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti

  • EN ISO 707 Ħalib u prodotti tal-ħalib — Il-gwida dwar it-teħid tal-kampjuni.
  • EN ISO 5555 Xaħmijiet u żjut tal-annimali u veġetali. Kampjunar.
  • Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.


It-tagħmir meħtieġ
l-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ lanzetta (S01-01).
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni minn żona speċifika (S02-01).
  • Kazzola għat-teħid tal-kampjuni (S03-01).
  • Tagħmir għat-taqsim tal-kampjuni (D01-01).
Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, daqsijiet differenti, b’tikketti stampati fuqhom minn qabel jew le (P00).
  • Fliexken tal-plastik, daqsijiet differenti (P02, P03, P04)
Il-kontenituri kollha jridu jkunu tajbin għall-ikel.

Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju
  • Għandek tkun taf kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b'rabta mal-post fejn se jsir il-kampjunar, u ssegwihom.
  • Aqra sew kull tikketta tas-sikurezza. Jekk għandek xi indikazzjoni li hemm oġġetti perikolużi, itlob għal SDS jew ADR.
  • Ara Is-Saħħa u s-Sikurezza għall-Kampjunar ta’ Prodotti tal-Ikel għal parir fid-dettall dwar l-iġjene u r-riskji għal prodotti tal-ikel nexfin f'massa.
  • Trid tinżamm l-iġjene tal-prodotti tal-ikel.
  • Ara li tkun żgur li għandek PPE nadif u xieraq għaċ-ċirkostanzi.
  • Il-prodotti ta’ oriġini veġetali jista’ jkun fihom it-trab jew ikunu infestati b’sustanzi li jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. L-uffiċjali għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju meta jkunu raw il-kunsinna.
  • L-uffiċjali għandhom jilbsu protezzjoni respiratorja xierqa għall-esponiment għat-trab.
  • Livelli għoljin ta’ trab fl-arja flimkien ma’ elettriku statiku jistgħu jiġġeneraw nar jew splużjoni.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Proċedura
Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana Kampjun aggregat wieħed jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżulin b'mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna kollha. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.

Kunsinni għall-PAK (rifużjonijiet ta’ esportazzjoni) jew il-kontroll tas-sisa

Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn għadd xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. L-għadd minimu ta’ kampjuni inkrimentali huwa deskritt hawn taħt. Jekk il-kunsinna tkun tikkonsisti minn oġġetti li ġejjin minn linja ta’ produzzjoni waħda (in-numru tal-lott ikun l-istess) jistgħu jittieħdu inqas kampjuni.

Sfuż f’vaguni, f’massa, f’tankijiet jew f’kontejners Kampjun aggregat wieħed minn ħames kampjuni inkrimentali jew aktar meħudin minn punti konvenzjonali skont id-daqs tat-tank u n-numru ta’ tankijiet, magħżulin b’mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna, ara l-Kampjunar ta’ solidi, 2.2 Kampjunar ta’ prodotti tal-massa fil-Parti ġenerali.

Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott — jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrimentali. Għandhom jinħolqu aktar kampjuni aggregati mit-tankijiet jekk ikun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Il-kampjun normalment jittieħed mill-fetħiet ta’ fuq minn ġol-bokkaport. Jista' jintuża wkoll kampjunar trażversali.
  • Għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta (S01-01): għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta għandu jiddaħħal bil-kompartiment(i) tal-kampjunar magħluq(in). Meta s-sonda tasal fil-fond meħtieġ, il-kompartimenti għandhom jinfetħu u s-sonda tintlewa sabiex tiżgura li l-kompartimenti jimtlew għalkollox. Agħlaq il-kompartimenti u iġbed is-sonda.
  • Għodda għall-kampjunar minn żona speċifika (S02-01): is-sondi jiddaħħlu fit-tagħbija bil-fetħa tħares ’l isfel, imbagħad jiddawru 180° u jinħarġu bil-mod sabiex jipprovdu kampjuni uniformi tas-sezzjoni sħiħa. F’kull lott, il-kampjuni għandhom jittieħdu f’punti diversi sabiex tkun żgur li l-kampjun aggregat ikun rappreżentattiv.
Boroż, ċilindri Kampjun aggregat wieħed jew aktar: minn kampjuni inkrimentali (wieħed jew aktar skont l-omoġeneità tal-prodott, l-għadd ta' kontejners) li jittieħdu min-nofs ta' kull kontejner magħżul b’mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna, ara l-Kampjunar ta’ solidi, 2.1 Kampjunar ta’ prodotti tal-massa f’balal, btieti, boroż, laned, bottijiet jew imballaġġ għat-trasport ieħor fil-Parti ġenerali.

Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn kontenituri mill-istess lott li jkun jinsab fl-istess kunsinna. Jekk ikun hemm diversi lottijiet, dawn għandhom ikunu identifikati u inklużi fil-kampjun b’mod separat.

Jekk jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss (eż. bettija), dan jitferra’ direttament mill-għodda għall-kampjunar fir-reċipjent tal-kampjuni.

Sustanzi f’forma ta’ trab li qed jiġu mċaqalqa Kampjun aggregat wieħed: minn kampjuni inkrimentali tul il-wisgħa kollha tal-fluss, b’intervalli ddeterminati skont il-veloċità li biha jkun għaddej il-prodott.

Meta l-prodott ikun qed jiċċaqlaq bil-magni permezz ta’ conveyors jew tagħmir ieħor jista’ jkun hemm valvoli jew rampi ta’ devjazzjoni li jippermettu li jittieħdu kampjuni f’intervalli regolari mill-fluss għaddej tal-materjal. Jekk ma jkunx hemm minn dawn jista’ jkun meħtieġ li għal raġuni ta’ saħħa u sikurezza twaqqaf il-fluss u tuża pala jew sassla biex tieħu kampjun minn fuq il-conveyer. F’ċerti każijiet il-kampjuni jistgħu jinġabru billi tgħaddi sassla b’mankijiet twal mill-fluss għaddej ta’ prodott kimiku f’intervalli regolari. F’kull każ il-kampjuni għandhom jittieħdu tul il-ħin kollu li l-lott ikun għaddej minn quddiem il-punt tal-kampjunar sabiex tiżgura li l-kampjun aggregat ikun wieħed rappreżentattiv.


Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali
  • Meta l-prodott ikun ittrasportat laxk u f’massa, it-tagħbija għandha titqies bħala ħaġa sħiħa u l-kampjuni għandhom jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija.
  • Il-kampjunar kontinwu u awtomatiku huwa dejjem aħjar mill-kampjunar manwali.
  • Tqassim tal-kampjun: id-daqs ta’ kampjun aggregat jista’ jkun kbir. Għalhekk se jkun jeħtieġ li dan jitnaqqas sabiex jinkisbu l-kampjuni finali. Jekk jogħġbok irreferi għas-Sistema għat-Taqsim tal-Kampjuni.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Il-kampjuni għandhom ikunu protetti mid-dawl u mill-irwejjaħ, sabiex jiġu evitati l-kontaminazzjoni, il-formazzjoni mikrobijoloġika jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kampjun.
Il-ħażna
  • Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u mperreċ tajjeb. Għandhom ikunu protetti mid-dawl u mill-irwejjaħ, sabiex tevita l-kontaminazzjoni, il-formazzjoni mikrobijoloġika jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kampjun.
  • Il-kampjuni li jkunu sejrin jiġu ttestjati għall-kontenut ta’ umdità, jew meta l-kontenut ta’ umdità jista’ jaffettwa l-analiżi għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri mitbuqa sew li ma jħallux arja tgħaddi minnhom. Il-kontenitur għandu jkun kważi mimli sa fuq, u mbagħad issiġillat sabiex tevita kwalunkwe bidla fil-kontenut ta’ umdità.

L-oġġetti tal-ikel, trab (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2021 Update - New format, addition of animal feed HS Codes and other modifications