L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità għolja
Id-Definizzjon

(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta)
Oġġetti tal-ikel likwidi b’viskożità għolja f’massa, bħal għasel, prodotti tat-tadam, zlazi, ġamm, xiropp tal-qamħ u tal-aġġru, ġulepp, mustarda, meraq, konċentrati tal-frott u tal-ħxejjex; xaħmijiet tal-annimali u żjut veġetali ta’ viskożità għolja, xaħam, marġerina, butir tal-kawkaw, butir tal-karawett, xaħam veġetali għall-għaġina u prodotti simili. Il-komoditajiet imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll bħala li għandhom viskożità baxxa skont in-natura eżatta tagħhom u/jew it-temperatura tagħhom.

Din l-iskeda tkopri wkoll prodotti tal-għalf tal-annimali, likwidi, viskożità għolja.

Għall-prodotti ffriżati ara l-kapitolu ‘Proċeduri tal-kampjunar’.

Għall-oġġetti tal-ikel likwidi b’viskożità baxxa ara ‘L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità baxxa’.

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’.

Għall-prodotti tal-ħalib ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-prodotti tal-ħalib’.


L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità għolja
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun finali

  • 0,5 L jew 0,5 Kg
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • EN ISO 707 Ħalib u prodotti tal-ħalib — Gwida dwar il-kampjunar.
  • EN ISO 5555: Xaħmijiet u żjut tal-annimali u veġetali. It-teħid ta’ kampjuni.
  • Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2003, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa-pomatika u l-metodi rilevanti tal-analiżi.
  • Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti.
  • Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.


It-tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Sassla għat-teħid tal-kampjuni (L04-01)
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun (L05-01)
  • Kazzola għat-teħid tal-kampjuni (S03-01)
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù (S04-01)
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trapan żgħir (E02-01)
Ir-ram u l-ligi tar-ram (eż. ram isfar) ma għandhomx jintużaw.

Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Fliexken tal-ħġieġ (G01)
  • Kontenituri tal-metall (M01)
  • Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesgħa, tad-daqs 500–1 000 ml (P03, P04), preferibbilment mhux trasparenti.
Il-kontenituri kollha għandhom ikunu adattati għall-ikel inklużi prodotti aċidużi ħafna.

Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju
  • Għandek tkun taf kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b'rabta mal-post fejn se jsir il-kampjunar, u ssegwihom.
  • Aqra sew kull tikketta tas-sikurezza. Jekk għandek xi indikazzjoni li hemm oġġetti perikolużi, itlob għal SDS jew ADR.
  • Ara Is-Saħħa u s-Sikurezza għall-Kampjunar ta’ Prodotti tal-Ikelgħal parir fid-dettall dwar l-iġjene u r-riskji tal-prodotti likwidi.
  • Trid tinżamm l-iġjene tal-prodotti tal-ikel.
  • Ara li tkun żgur li għandek PPE nadif u xieraq għaċ-ċirkostanzi.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Proċedura
Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana Kampjun aggregat wieħed jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżulin b'mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna kollha. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.
Kunsinni għall-PAK (rifużjonijiet ta’ esportazzjoni) jew il-kontroll tas-sisa

Il-kampjun aggregat jikkonsisti f’numru xieraq ta’ kampjuni inkrementali. L-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali huwa deskritt hawn taħt. Jekk il-kunsinna tkun tikkonsisti f’oġġetti li jkunu ġejjin minn linja ta’ produzzjoni waħda (in-numru tal-lott ikun identiku) jistgħu jittieħdu inqas kampjuni.
Tankijiet weqfin fuq l-art, Tankijiet mimdudin fuq l-art, tankijiet fuq bastimenti, vaguni jew karozzi Kampjun aggregat wieħed minn kampjun inkrimentali jew aktar meħudin minn punti ta’ għoli differenti skont il-livell tal-likwidu fit-tank u n-numru ta’ tankijiet magħżulin b’mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna, Ara l-Kampjunar ta’ likwidi, “1.1 Kampjunar minn tankijiet u 1.2 Kampjunar minn vapuri u braken” fil-Parti ġenerali.

Jekk il-prodott ikun fil-forma ta’ pejst kremuż jew pejst iebes, ħu mill-inqas ħames kampjuni inkrimentali (wieħed fin-nofs u erbgħa fin-nofs ta’ bejn iċ-ċentru u l-quċċati) f’kull lott.

Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott — jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrimentali. Għandhom jinħolqu aktar kampjuni aggregati mit-tankijiet jekk ikun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Il-kampjun normalment jittieħed mill-fetħiet ta’ fuq minn ġol-bokkaport. Jista' jintuża wkoll kampjunar trażversali.

Pakketti tat-trasport, btieti, ċilindri, kaxex, laned Kampjun aggregat wieħed jew aktar: minn kampjuni inkrimentali (wieħed jew aktar skont l-omoġeneità tal-prodott, l-għadd ta' kontenituri) li jittieħdu min-nofs ta' kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew sistematiku tul il-kunsinna, ara “1.3 Kampjunar minn pakketti għat-trasport” fil-Parti ġenerali.

Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn kontenituri mill-istess lott li jkunu jinsabu fl-istess kunsinna. Jekk ikun hemm diversi lottijiet, dawn għandhom ikunu identifikati u inklużi fil-kampjun b’mod separat.

Jekk ikun possibbli, omoġenizza kif suppost il-kontenut tal-kontenitur qabel il-kampjunar.

Ikel likwidu li jkun qed jiġi mċaqlaq Kampjun aggregat wieħed: Meta l-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq mekkanikament bil-gravità, bil-pompi jew b'tagħmir ieħor, jista' jkun hemm valvoli ta' diverżjoni fuq il-ġenb tal-pipeline li jippermettu li jittieħdu kampjuni f'intervalli regolari ddeterminati mill-veloċità taċ-ċaqliq mill-fluss tal-likwidu, ara “1.6 Kampjunar minn merkanzija qed tiċċaqlaq” fil-Parti ġenerali.


Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali
  • Meta l-prodott ikun ittrasportat mhux f’pakketti u f’massa, tit-tagħbija għandha titqies bħala ħaġa sħiħa u l-kampjuni għandhom jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija.
  • Issaħħanx il-kampjuni.
  • Jekk il-prodott ikun fil-forma ta’ pejst iebes, uża borer biex tieħu kampjuni inkrimentali f’diversi pożizzjonijiet u fond, u pprepara l-kampjun aggregat f’barmil xieraq billi tkisser u tħallat il-qlub tal-prodott bl-ispatula tal-metall u tippakkja l-kampjuni f’kontenituri xierqa.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Il-kampjuni għandhom ikunu protetti mid-dawl u mill-irwejjaħ, sabiex jiġu evitati l-kontaminazzjoni, il-formazzjoni mikrobijoloġika jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kampjun.
  • Jekk ikun meħtieġ żommhom imkessħin. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tkun irreġistrata.
Il-ħażna
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) u mill-kuntatt ma’ sustanzi oħrajn.
  • Għal oġġetti li jitħassru:
    • Żomm imkessħin jew refriġerati taħt l-4°C. It-temperatura tal-katina tat-tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
    • Għall-ħżin fil-friża iktar fit-tul, żomm il-kampjuni f’temperatura ta’ -18°C jew inqas u għamel monitoraġġ tat-temperatura matul il-ħażna.

L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità għolja (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.0.1 30.03.2019 Update - Recommended minimum quantity for each sample is changed
1.1 15.07.2021 Update - New format, addition of animal feed HS Codes and other modifications