breadcrumb.ecName

Politika ta’ Koeżjoni ġdida tal-UE (2021-2027)

Għall-baġit tal-UE li jmiss fuq perjodu twil għas-snin 2021-2027, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmodernizza l-Politika ta’ Koeżjoni, il-politika ta’ investiment ewlenija tal-UE u waħda mill-iktar espressjonijiet konkreti ta’ solidarjetà.

Ħames objettivi ewlenin jixprunaw l-investimenti:

  • Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali;
  • Ewropa aktar ekoloġika, reżiljenti, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi tranżizzjoni għal ekonomija b’emissjonijiet tal-karbonju żero netti billi jiġu promossi t-tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, l-investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji u mobilità urbana sostenibbli;
  • Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà;
  • Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
  • Ewropa eqreb taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat ta’ kull tip ta’ territorju u inizjattivi lokali.

Data: 26 nov 2020

Tema: Cohesion policy 2021-2027

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Sottotitli:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Tul ta' żmien: 02:27

Aktar informazzjoni

Cohesion Policy 2021-2027