RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILLKUNSILL Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea fl-2022-2024

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILLKUNSILL Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea fl-2022-2024

Reports

Data: 12 feb 2025

Tema: Cohesion policy 2021-2027, Urban development

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

L-Ewropa qiegħda tiffaċċja diversi sfidi, mill-irkupru ekonomiku u l-bini ta’ soċjetajiet inklużivi, sal-indirizzar tat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil demografiku, sat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Il-bliet huma postijiet fejn l-isfidi kollha jinġiebu flimkien u fejn jistgħu jiġu ppruvati u ttestjati soluzzjonijiet ġodda b’modi li jagħmlu differenza għan-nies.Il-politika ta’ koeżjoni għandha dimensjoni urbana b’saħħitha, u l-appoġġ tagħha għall-iżvilupp urban sostenibbli ssaħħaħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 biex jgħin lill-bliet jieħdu rwol attiv fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ risponsi ta’ politika għall-isfidi lokali tagħhom. B’riżultat ta’ dan, il-Fondi ta’ Koeżjoni jinvestu aktar minn EUR 100 biljun fil-bliet, u l-bliet huma responsabbli b’mod dirett għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ investimenti li jilħqu aktar minn EUR 24 biljun taħt il-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni.Barra minn hekk, ġiet stabbilita Inizjattiva Urbana Ewropea (EUI, European Urban Initiative) ġdida1 fi ħdan id-dimensjoni urbana tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. B’baġit ta’ EUR 395 miljun2, hija strument li jappoġġa lill-bliet ta’ kull daqs, biex jibnu l-kapaċità u l-għarfien, jappoġġaw l-innovazzjoni u jiżviluppaw soluzzjonijiet trasferibbli u skalabbli għall-isfidi urbani ta’ rilevanza għall-UE. L-attivitajiet huma kkoordinati mal-programm URBACT3, u kkumplimentati minnu, u jipprovdu appoġġ għall-ħidma intergovernattiva skont l-Aġenda Urbana tal-UE.Dan ir-rapport jiddeskrivi l-attivitajiet tal-EUI u r-riżultati tal-implimentazzjoni mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2024.