breadcrumb.ecName

Rapport li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali

Reports

Data: 27 jun 2013

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Culture, Energy, Environment, EU Strategy for the Baltic Sea Region, EU Strategy for the Danube Region, Health, Rural development, Tourism, Transport, Urban development, Research and innnovation, Research & Development, EU Strategy for the Adriatic and Ionian Region, Social inclusion, Jobs, Education and Training, Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Il-kunċett makroreġjonali ġie minn xewqa għal reazzjoni kollettiva għad-deterjorament ambjentali tal-Baħar Baltiku, u għal azzjoni konċertata dwar l-isfidi u l-opportunitajiet ta' dak ir-reġjun. Dan wassal għall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (SUERBB), adottata fl-2009. L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (SUERD) ġiet adottata f'Ġunju 2011, u l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tippreżenta Strateġija tal-UEgħar-Reġjun Adrijatiku u Jonju sa tmiem l-2014 suġġett għall-valutazzjoni tal-kunċett. Reġjuni oħra qed iqisu l-merti tal-approċċ.

L-għan huwa reazzjoni koordinata għal kwistjonijiet li jkunu aħjar ttrattati flimkien milli separatament. Iż-żewġ strateġiji għandhom l-għan li jegħlbu l-ostakli li qed iwaqqfu liżvilupp, u li jiġi sfruttat il-potenzjal tar-reġjuni. Huma jippruvaw iqiegħdu l-kwistjonijiet f'ambitu multilaterali u jfittxu lil hinn mill-fruntieri attwali tal-UE biex jaħdmu fl-istess livell mal-ġirien. L-approċċ iħeġġeġ lill-parteċipanti biex jegħlbu mhux biss il-fruntieri nazzjonali imma wkoll il-fruntieri għal ħsieb iktar strateġiku u immaġinattiv dwar l-opportunitajiet disponibbli.