breadcrumb.ecName
mt Malti

(Interreg V-A) IT-MT - Italy-Malta

Deskrizzjoni tal-programm

Objettivi ewlenin

Strateġikament, il-programm sejjer jippromwovi l-innovazzjoni, ambjent iktar sigur, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u kulturali u l-miżuri ta' sigurtà fuq l-art u l-baħar biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini. Sejjer jindirizza wkoll il-kwistjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima, il-mobilità sostenibbli, u l-impjiegi u l-edukazzjoni fiż-żona transkonfinali. L-azzjonijiet f'dawn l-oqsma ta' prijorità sejrin jiġu kkumplimentati bi sforzi biex titkattar kooperazzjoni iktar mill-qrib tal-amministrazzjonijiet li jikkontribwixxu biex joħolqu żvilupp integrat u sostenibbli tar-reġjun tal-fruntiera.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi strateġiċi, il-programm għandu l-għan li jżid in-numru ta' proġetti ta' innovazzjoni konġunti, jiżviluppa mudelli ġodda għas-servizzi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, itejjeb il-kompetittività tal-SMEs, iżid in-numru ta' azzjonijiet strateġiċi għal mobilità tax-xogħol sostenibbli, jippromwovi l-prevenzjoni u l-felħan għar-riskji ambjentali, u l-protezzjoni tal-bijodiversità tal-art u l-baħar.  

Prijoritajiet ta' finanzjament

Il-programm sejjer jiffoka fuq it-tliet prijoritajiet li ġejjin:

  • Il-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli u intelliġenti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni
  • Din il-prijorità timmira li ssaħħaħ l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), tappoġġja l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi għal gruppi, issaħħaħ l-innovazzjoni permezz ta' laboratorji/hubs ħajjin għal servizzi għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, ittejjeb is-sistema produttiva u l-ispin-offs bejn l-universitajiet u l-intrapriżi, u tippromwovi l-mobilità transkonfinali għar-riċerkaturi.

  • Il-promozzjoni tal-kompetittività taż-żona transkonfinali
  • Din il-prijorità għandha l-għan li tippromwovi l-intraprenditorija permezz tal-ħolqien ta' negozji ġodda fis-setturi relatati mas-salvagwardja tal-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini, tappoġġja l-SMEs fl-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali li jwasslu għall-ħolqien u l-espansjoni ta' realtajiet innovattvi soċjali (spazji ta' xogħol konġunt, laboratorju ta' fabbrikazzjoni, eċċ) u tkattar is-swieq u n-netwerks tax-xogħol transkonfinali biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema.

  • Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi
  • Din il-prijorità għandha l-għan li tippromwovi l-investimenti biex jiġu indirizzati riskji speċifiċi, jiġu żviluppati għodod għall-ġestjoni tad-diżastri li jikkontribwixxu għas-sigurtà fiż-żona transkonfinali u li jippermettu ġestjoni tar-riskju konġunta biex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima. Din il-prijorità għandha wkoll l-għan li tnaqqas il-perikli tal-baħar u riskji naturali oħrajn u li tħares il-bijodiversità.

    Xi wħud mir-riżultati mistennija

    • 100 intrapriża appoġġjata li 20 minnhom jiżviluppaw servizzi innovattivi u teknoloġiji ġodda
    • 95 istituzzjoni pubblika addizzjonali li jieħdu ħsieb l-adozzjoni tal-istrateġiji biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima
    • L-iżvilupp ta' diversi proġetti relatati mal-preservazzjoni u l-attrazzjoni tat-territorju
    • L-istabbiliment ta' 3 netwerks transkonfinali li jkunu jippromwovu l-impjiegi, jissodisfaw il-provvista u d-domanda fis-suq tax-xogħol transkonfinali u jipproduċu pjanijiet ta' azzjoni għas-sensibilizzazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-ġestjoni tal-bijodiversità.
    • 200 parteċipant involut f'inizjattivi ta' mobilità transkonfinali sostenibbli
    • 4 kampanji ta' sensibilizazzjoni għall-użu xieraq tal-oqsma protetti
    • Użu ikbar ta' sistemi teknoloġiċi biex tiġi ssorveljata ż-żona transkonfinali. 

    Fondi

    Regional Development Fund (ERDF): 43.952.171,00 €

    Il-prijoritajiet tematiċi

    View the data

    It-tagħrif finanzjarju

    Baġit totali tal-PO: 51.708.438,00 €

    Kontribuzzjoni totali tal-UE: 43.952.171,00 €

    View the data