Skip to main content

Każijiet ta’ ksur, traspożizzjoni tad-direttivi, u djalogi ta’ qabel il-ksur

Il-Kummissjoni hija responsabbli biex tiżgura li l-Istati Membri japplikaw b’mod korrett il-liġi tal-UE u jittrasponu d-direttivi. Għal dak il-għan, tuża għadd ta’ għodod bħal proċedurI ta' ksur formali, iżda wkoll djalogi ta’ qabel il-ksur informali. Dan ir-reġistru pubbliku juri l-attivitajiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni u l-konformità tal-Istati Membri mal-liġi tal-UE permezz ta’ mapep interattivi u graffs personalizzabbli. Jipprovdi wkoll informazzjoni aġġornata dwar każijiet individwali.

Ara mappa li turi t-tqassim mill-ġdid ta’ djalogi ta’ qabel il-ksur attivi skont l-Istat Membru. Adatta l-graffs li juru d-djalogi ta’ qabel il-ksur skont il-qasam ta' politika u s-suġġett, u ara xejriet fid-djalogi ta’ qabel il-ksur maż-żmien, kif ukoll iż-żmien ta’ trattament medju u r-rati ta riżoluzzjoni.
Ara mappa li turi t-tqassim mill-ġdid tal-każijiet ta’ ksur attivi skont l-Istat Membru. Ippersonalizza l-graffs li juru każijiet ta’ ksur skont il-qasam ta’ politika, is-suġġett, it-tip ta’ deċiżjoni, u ara x-xejriet fil-każijiet ta’ ksur maż-żmien. Fittex iż-żmien medju tat-trattament tal-każijiet ta’ ksur u ż-żmien meħud mill-Istati Membri biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti.
Ara mappa li turi d-defiċit tat-traspożizzjoni mal-Istati Membri kollha, kif ukoll graffs li juru x-xejriet fid-defiċit tat-traspożizzjoni u d-defiċit ta’ konformità maż-żmien. Fittex l-għadd ta’ direttivi li għandhom jiġu trasposti maż-żmien u skont il-qasam ta’ politika.
Fittex fil-bażi tad-data tal-każijiet ta’ ksur skont id-deċiżjoni, l-istatus, it-tip, in-numru, l-Istat Membru, il-qasam ta’ politika jew it-titlu.
{{TITLE}}
{{LANGUAGE}}
{{METADATA}}
{{DOWNLOAD}} 
Il-metodoloġija

Links relatati