Il-Ġurnal tas-Saħħa ta' l-UE

Ħarġa 57, IS 28 ta´ Ottubru 2010

F'din il-ħarġa

Merħba

Programm tas-saħħa pubblika tal-UE: strument ewlieni għas-saħħa

Jose Ramon Biosca De Sagastuy, Unità Programm tas-Saħħa u Ġestjoni tal-Għarfien, Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Saħħa u Konsumaturi

L-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea relatati mal-kwistjonijiet tas-saħħa jaraw li jtejbu u jħarsu s-saħħa taċ-ċittadini tal-UE. Il-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-UE għandu proprju dan l-għan. Il-programm tnieda fl-2008 u se jopera għal sitt snin. Għandu tliet għanijiet: li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, li jippromwovi s-saħħa u li jiġġenera u jxerred it-tagħrif u l-għarfien dwar is-saħħa.

Il-programm jiffinanzja azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-finanzjament mill-programm jieħu diversi forom. Jappoġġa t-twaqqif u t-tmexxija ta' proġetti u konferenzi fil-livell Ewropew; il-ħidma tal-NGOs; kif ukoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiżi tal-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-sejħiet għall-offerti jintużaw għal servizzi speċifiċi, bħal studji. Firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet – inklużi l-entitajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-universitajiet – jistgħu japplikaw għall-finanzjament taħt il-programm. Il-finanzjament jingħata abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma annwali, li jkun fihom id-dettalji għall-azzjonijiet li jiġu ffinanzjati kull sena. L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi torganizza l-proċess tal-applikazzjoni u l-evalwazzjoni u tiġġestixxi l-fondi.

Il-Programm tas-Saħħa għandu rwol essenzjali fix-xena tas-saħħa Ewropea. Jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tas-saħħa Ewropej; jgħaqqad ir-riżorsi finanzjarji u tekniċi għall-azzjoni; jiffaċilita l-kooperazzjoni dwar is-saħħa fil-livell tal-UE; u joħloq netwerk ta' partijiet interessati fis-saħħa mill-Ewropa kollha. Dan itejjeb l-għarfien u l-ftehim reċiproku, li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' komunità Ewropea ta' partijiet interessati fis-saħħa.

Aħbarijiet mill-UE

Rwol essenzjali tal-professjonisti fis-saħħa

Dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa għandhom rwol kruċjali biex jitlaħqu l-għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs). In-nuqqas tal-persunal għandu impatt fuq il-mortalità tan-nisa u t-tfal, iżda 5 pajjiżi biss minn 49 pajjiż bi dħul baxx jilħqu l-minimu ta' 23 tabib għal kull 10,000 abitant rakkomandat mid-WHO.

L-EFSA tippreżenta l-opinjonijiet dwar 808 ilment dwar is-saħħa

L-esperti xjentifiċi tal-Bord tal-EFSA dwar il-Prodotti tad-Dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji (NDA) adottaw opinjonijiet dwar 808 ilment dwar is-saħħa, waqt li qiesu d-dejta xjentifika kollha disponibbli.

L-ECDC jippubblika dejta dwar is-sorveljanza u l-prevenzjoni tal-ħepatite B u C fl-Ewropa

L-ECDC ħareġ żewġ rapporti dwar il-ħepatite B u C bit-titlu "Sorveljanza u Prevenzjoni tal-ħepatite B u C fl-Ewropa" u "Ħepatite B u C fil-viċinat tal-UE: prevalenza, piż tal-marda u politiki ta' screening".

Rapporti minn madwar l-Ewropa

Franza

Websajt ġdida dwar il-kampanja dwar il-kanċer 2009-2013

Il-websajt tippreżenta l-5 oqsma tal-kampanja (riċerka, osservazzjoni, prevenzjoni-screening, kura tal-pazjenti, ħajja matul u wara l-kanċer) kif ukoll proġetti u miżuri li se jsiru.

Ä ermanja

Sir donatur tal-organi

Kampanja ġdida taċ-Ċentru Federali Ġermaniż tal-Edukazzjoni dwar is-Saħħa biex jiżdied l-għadd ta' dawk li jagħmlu kard biex ikunu donaturi tal-organi.

Italja

Kampanja ġdida dwar l-influwenza 2010-2011

F'Ottubru s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa nieda kampanja ġdida dwar l-influwenza li timmira l-gruppi ta' riskju, li jistgħu jirċievu t-tilqima bla ħlas.

Lussemburgu

Stħarriġ dwar iż-żgħażagħ u t-tabakk

Fil-Lussemburgu, inqas minn 1 fost 10 żgħażagħ (18-il sena u inqas) ipejpu, skont studju minn TNS Ilres f'partenarjat mal-Fondazzjoni Lussemburgiża Kontra l-Kanċer. L-istħarriġ sar ma' 807 żgħażugħ bejn 11 u 18-il sena u kien kummissjonat biex jappoġġa l-kampanja tal-fondazzjoni kontra t-tipjip fost iż-żgħażagħ.

Avvenimenti li ġejjin

Strateġiji ġodda għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-infezzjonijiet (Brussell, 8-10 ta' Novembru 2010)

Laqgħa bejn l-esperti ta' 3 ijiem fejn se jiġu diskussi kwistjonijiet bħall-kampanji nazzjonali dwar l-iġjene tal-idejn, indikaturi tal-kwalità għall-politika dwar l-antibijotiċi u l-kontroll tal-infezzjonijiet, studji tal-prevalenza puntwali tal-infezzjonijiet fl-isptarijiet u l-użu tal-antibijotiċi fl-isptarijiet, fid-djar tax-xjuħ u tal-kura soċjali.

It-tielet Konferenza Ewropea dwar is-Saħħa Pubblika (Amsterdam, 10-13 ta' Novembru 2010)

Is-'Saħħa Pubblika Integrata' hija t-tema ewlenija tal-konferenza din is-sena – kwistjoni prinċipali fl-isfidi Ewropej tas-saħħa pubblika: l-interdipendenza dejjem tikber ta' determinanti soċjali, fiżiċi, ambjentali u komportamentali għas-saħħa pubblika; u l-iżvilupp ta' Partenarjati Pubbliċi Privati.

Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi (18 ta' Novembru 2010)

Il-Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi hu maħsub għall-pubbliku ġenerali u l-persuni li jippreskrivu l-mediċini bħat-tobba u l-infermiera. Fl-2010 il-punt fokali se jkun il-promozzjoni tal-użu prudenti tal-antibijotiċi fl-isptarijiet.

Pubblikazzjonijiet ġodda

EMCDDA u CICAD–OAS flimkien iniedu gwida dwar il-bini ta' osservatorji nazzjonali dwar id-droga

L-aġenzija tal-UE dwar id-drogi u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar il-Kontroll tal-Abbuż mid-Drogi mwaqqfa mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani ppubblikaw gwida dwar kif jiġu stabbiliti osservatorji nazzjonali tad-droga.

Pubblikazzjoni tad-WHO – Saħħa mentali u benessri fuq il-post tax-xogħol

Il-pubblikazzjoni hi r-riżultat ta' serje ta' preżentazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tad-WHO fl-2009 dwar is-saħħa mentali u l-benessri fuq il-post tax-xogħol. Tissuġġerixxi modi kif nistgħu nirrispondu għall-isfidi li l-ħajja tax-xogħol moderna tippreżenta lis-saħħa mentali u l-benessri u kif nistgħu negħlbu l-ostakoli għall-impjieg għal dawk li għandhom problemi ta' saħħa mentali.

X'hemm ġdid fil-qasam tas-saħħa fl-UE

Saħħa-UE: filmati ġodda

Il-filmati – iffinanzjati mill-programmi kurrenti u preċedenti tal-UE dwar is-saħħa pubblika – jippreżentaw proġetti relatati mal-mard rari, l-HIV u l-pandemija (H1N1).

Fokus

Programm tas-saħħa pubblika tal-UE: strument ewlieni għas-saħħa

Attivitajiet fil-livell ta' l-UE

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Programm tas-Saħħa Pubblika

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Programmi

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Saħħa-UE - Politiki

Kummissjoni Ewropea - DĠ Saħħa u Konsumaturi

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa

EAHC - Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur

Il-Programm tas-Saħħa 2008-2013 hu mmexxi mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC).

Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur (EAHC) – bażi tad-dejta tal-proġetti

Din il-bażi tad-dejta tinkludi informazzjoni dwar il-proġetti, il-konferenzi u l-għotjiet operattivi ffinanzjati permezz ta' sejħiet għall-offerti mill-2003 sal-2008 taħt il-Programm tal-UE dwar is-Saħħa Pubblika preċedenti u l-Programm dwar is-Saħħa tal-UE 2008-2013 kurrenti.

Saħħa-UE. Il-Portal tas-Saħħa Pubblika ta’ l-Unjoni Ewropea
Din in-newsletter hi disponibbli fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE:
http://health.europa.eu/newsletter

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk