Ambasciatori dell'Anno europeo

Dr. George Grech

Dr. George Grech

Malta

Imwieled il-Furjana fl-1 ta’ Jannar 1956. Iggradwat fil-Mediċina fl-1979 f’Londra. Ħadem fil-mediċina tal-familja kemm fl-Ingilterra u kemm f’Malta mill-1993. Ingħata l-kariga ta’ Direttur Kliniku ta’ l-aġenzija sedqa li għandha r-responsabbilta’ li tipprovdi s-servizzi fil-qasam ta’ l-addictions. Ir-responsabbilta’ tiegħu tkopri it-trattament tar-rijabilitazzjoni tal-klijenti li jbatu mill-problema ta’ l-abbuż tad-drogi, alkoħol, u dan l-aħħar il-logħob ta’ l-azzard.

Huwa wkoll visiting lecturer fid-Dipartiment tal-Psikjatrija, Fakulta’ tal-Mediċina, ġewwa l-Universita’ ta’ Malta.

Għamel dsatax –il sena president ta’ Cana Movement, li hi organizzazzjoni mhux governattiva u li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza fil-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-familja.

F’dawn l-aħħar għaxar snin jokkupa wkoll b’mod volontarju il-kariga ta’ tabib tad-Dar tal-Providenza, li tipprovdi servizzi lin-nies b’diżabilita’.

Clinical Director of Government agency responsible for the provision of services as regards treatment and rehabilitation of addiction services.