Kodiċi PIC-102-01
Kummenti ġenerali It-teħid ta’ kampjuni ta’ prodott tal-ikel likwidu viskuż fi btieti. 15-il tunnellata ta’ għasel f’50 bettija tal-azzar fuq vettura tat-triq. (kull bettija fiha madwar 300 kg)

Tagħmir meħtieġ
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni bil-pistun (L05-01)
  • Kazzola għat-teħid ta’ kampjuni (S03-01)
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trabuxù (S04-01)
  • Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesa’, tad-daqs ta' 1 000 ml (P03), (P06), (P07), preferibbilment mhux trasparenti.
L-għodod kollha għat-teħid ta’ kampjuni li jmissu ma’ oġġetti tal-ikel għandhom ikunu nodfa u, jekk ikun hemm bżonn, sterilizzati.

Prekawzjonijiet tas-sigurtà u valutazzjoni tar-riskju Għandek tispezzjona l-prodott qabel ma jittieħed kampjun minnu sabiex tivvaluta jekk hemmx xi riskju waqt it-teħid ta’ kampjuni.

Taħt kundizzjonijiet normali l-oġġetti tal-ikel ma joħolqux perikli partikolari għas-saħħa.

Għal raġunijiet sanitarji għandek dejjem taħsel idejk qabel u wara li tkun missejt xi prodotti b’idejk. Għandhom jintlibsu l-ingwanti ta’ protezzjoni/l-ingwanti li jintremew wara l-użu.

Ix-xogħol fl-għoli u l-ftuħ ta’ btieti tqal tal-metall jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa.

Pjan tat-teħid ta’ kampjuni Konsenji għall-iżdoganar tal-merkanzija – It-teħid ta’ kampjuni minn btieti jew ċilindri: Kampjun wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali. Aktar kampjuni aggregati jistgħu jinħolqu minn kontenituri li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

F’dan il-każ, billi l-konsenja kienet tirrappreżenta lott wieħed, il-kampjuni ttieħdu minn bettija waħda magħżula b’mod aleatorju. Id-dikjarant qabel mat-teħid ta’ kampjuni u kkonferma li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-konsenja kollha. Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun: 500 ml jew 0.5 kg.

Ħoloq SAM-102 L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità għolja

Rimarka Il-klassifikazzjoni tariffarja: 0409 Għasel naturali

Tags Għasel, btieti

Dan il-materjal għandu jintuża biss b’rabta ma’ pjan xieraq tat-teħid ta’ kampjuni.


Ordni tar-ritratti murijaKumment
PIC-102-01-A01

Sitwazzjoni:
Customs clearance; L-iżdoganar tal-merkanzija; Konsenja ta’ għasel ta’ 15-tunnellata (piż nett) f’50 bettija mgħobbija fuq il-vettura tat-triq
PIC-102-01-A02

Iċċekkja n-numru tal-lott sabiex tara jekk il-konsenja tikkonsistix f’lott wieħed jew aktar
PIC-102-01-A03

Il-prekawzjonijiet tas-sigurtà:
  • Ix-xogħol fl-għoli
  • Il-ftuħ ta’ btieti tqal tal-metall
  • Taħt kundizzjonijiet normali – l-ebda riskju mill-kampjun (l-oġġetti tal-ikel ma joħolqux perikli partikolari għas-saħħa)
  • Għandek dejjem taħsel idejk qabel u wara li tkun missejt b’idejk xi prodotti għall-konsum mill-bniedem. Għandhom jintlibsu l-ingwanti ta’ protezzjoni/l-ingwanti li jintremew wara l-użu.
PIC-102-01-A04

Tagħmir meħtieġ:
  • Kazzola għat-teħid ta’ kampjuni (S03-01)
  • Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesa', tad-daqs ta' 1 000 ml (P03), preferibbilment mhux trasparenti.
PIC-102-01-A06

Pjan tat-teħid ta’ kampjuni:
Konsenji għall-iżdoganar tal-merkanzija – It-teħid ta’ kampjuni minn btieti jew ċilindri.

Kampjun wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali.

Għandhom jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn konsenji li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.
PIC-102-01-A07

L-għasel fil-kampjun jista’ jkollu konsistenza u kulur differenti
PIC-102-01-A09

Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun: 0,5 kg (f’dan il-każ ittieħed madwar 1 kg)
PIC-102-01-A10

Il-kampjuni jistgħu jittieħdu wkoll permezz ta’ għodda għat-teħid ta’ kampjuni bil-pistun (L05-01) fi fliexken rettangolari tal-plastik, tad-daqs ta' 500 ml b’għatu li ma jnixxix jew li ma tgħaddix l-arja minnu (P03), (P06), (P07).

Dejjem ħu l-miżuri iġjeniċi meħtieġa sabiex tevita l-kontaminazzjoni. Aħsel idejk qabel u wara li tmiss kwalunkwe prodott u/jew uża ingwanti ta’ protezzjoni/ingwanti li jintremew wara l-użu.
Konsenji jew lottijiet differenti jista’ jkollhom dehra differenti.

Il-kampjuni għandhom ikunu mwaħħla sew u ssiġillati b’mod korrett.

Il-kampjuni għandhom jinħażnu b’mod xieraq.

Il-formola tat-teħid ta’ kampjuni għandha timtela kollha u l-kampjun għandu jintbagħat lil-laboratorju.



Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 15.01.2021 L-ewwel verżjoni