![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
SAM-105 Il-laħam, iffriżat |
| Il-laħam, iffriżat | |
| Id-Definizzjoni (lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta) |
Laħam iffriżat f’karkassi, nofs karkassi, kwarti jew biċċiet u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, anki meta maqtugħin, imqattgħin jew mitħunin, tal-annimali kollha (minbarra ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn). Għal-laħam mhux iffriżat, ara l-iskeda speċifika għal ”Il-laħam, mhux iffriżat”. Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għall-“Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”. |
| Il-laħam, iffriżat | |
| Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun finali | Għall-analiżi kimika: 1 kg. Għall-analiżi morfoloġika: biċċa waħda (prodotti tan-numri tal-HS 020110, 020120, 020311, 020410, 020421). Numri oħrajn tal-HS: mill-inqas żewġ biċċiet jew kaxxa waħda (li jkun fiha mill-inqas sitt biċċiet). Prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (Numru tal-HS 020230): żewġ kaxex. |
| Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti | Għal-laħam tan-numru tal-HS 020130:
|
| It-tagħmir meħtieġ | |
| L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat |
Huma meħtieġa biss għodod ġenerali. |
| Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni |
|
| Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju |
|
| Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni | |
| It-tip ta’ kunsinna | Proċedura |
| Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana | Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn għadd xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali. |
| Kumment ġenerali | Jekk ikun possibbli ħu pakketti sħaħ bħala kampjuni. Meta tkun qed tieħu kampjuni minn prodotti tal-massa evita biċċiet żgħar (biċċiet imqatta’ bi trapan jew laqx) bħala kampjuni. Aqta’ biċċa li hi kbira biżżejjed u ħu l-miżuri biex ma jkunx hemm kondensazzjoni tal-umdità fuq is-superfiċe tal-kampjun. Tippruvax tifforma kampjuni aggregati. Ara l-Proċeduri tal-Kampjunar tal- Prodotti ffriżati fil-Parti Ġenerali.
|
| Karkassi u biċċiet tal-HS 020110, 020120, 020311, 020410, 020421 |
Kampjun wieħed jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali. |
| Laħam tal-ifrat (kodiċi tal-HS 020130) iċċekkjat għall-finijiet ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni |
Żewġ kaxxi differenti miġbura minn żewġ partijiet differenti tal-kunsinna li jippreżentaw l-akbar riskju. |
| Prodotti oħrajn tal-HS 02: kaxxa/pakkett li fih biċċiet li kull waħda tiżen sa 4 kg |
Kaxxa/pakkett wieħed sħiħ li jkun fih mill-inqas sitt biċċiet. |
| Prodotti oħrajn tal-HS 02: kaxxa/pakkett li fih biċċiet li kull waħda tiżen aktar minn 4 kg |
Żewġ biċċiet sħaħ. |
| Prodotti, imħawrin, miksijin, mgħaddsin jew immarinati | Meta l-prodotti tal-laħam ikunu miksijin, mgħaddsin jew immarinati għandha tingħata attenzjoni li l-proċedura tal-kampjunar ma tneħħix jew ma taffettwax il-kisja. Jekk ikun meħtieġ, għandha tittieħed kaxxa sħiħa, irrispettivament mid-daqs, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv. |
| Immaniġġjar tal-kampjuni | |
| Kummenti ġenerali |
|
| Il-formola għat-teħid tal-kampjuni |
|
| It-trasport |
|
| Il-ħażna |
|
| Il-laħam, iffriżat (espandi l-lista) | |
| In-Numru tal-HS | Id-Deskrizzjoni |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |
| 1.1 | 15.07.2021 | New format and small modifications |