Definizzjoni
(lista ta’ kodiċijiet tas-SA koperti minn din l-iskeda) |
Ġobon frisk (mhux immaturat jew staġjonat), inkluż ġobon tax-xorrox; ġobon maħkuk jew trab, ta’ kull tip; ġobon ipproċessat; ġobon tat-tursina u ġobon ieħor li fih vini prodotti mill-Penicillium roqueforti; ġobon ieħor, eż. ġobon immaturat.
Fil-każ ta’ ġobon semilikwidu u baqta ara l-iskeda speċifika għal ‘Prodotti tal-ħalib’.
Għat-trab tal-ġobon sfuż ara l-iskeda speċifika għal ‘Oġġetti tal-ikel, trab’.
|
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
|
0,5 kg
|
| Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti |
- EN ISO 707 Ħalib u prodotti tal-ħalib — Il-gwida dwar il-kampjunar.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali ta’ pajjiżek rigward il-kampjunar.
|
| L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu li jintuża |
- Sassla għall-kampjunar (L04-01)
- Wajer tal-qtugħ
- Għodod ġenerali: sikkina, kuċċarun, eċċ.
|
| Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar |
- Boroż tal-plastik ta’ forom u daqsijiet differenti (P00)
- Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesgħa, tad-daqs 500–1 000 ml (P03/P04), preferibbilment mhux trasparenti.
- Fojl tal-aluminju, film plastiku trasparenti, karta tax-xema’
Il-kontenituri għandhom ikunu magħmula minn materjal tajjeb għall-ikel.
|
| Il-prekawzjonijiet ta’ sikurezza u valutazzjoni tar-riskju |
- Għandek tkun konxju minn kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b'rabta mal-post fejn ikunu se jittieħdu l-kampjuni, u ssegwihom.
- Ara s-Saħħa u s-Sikurezza għall-Kampjunar tal-Prodotti Alimentari għal pariri dettaljati dwar l-iġjene u r-riskji għall-ikel imkessaħ.
- L-iġjene tal-prodotti tal-ikel għandha tinżamm.
- Kun żgur li jkollok PPE nadif u xieraq għaċ-ċirkostanzi.
|
| Tip ta’ kunsinna |
Proċedura |
| Konsenja għall-iżdoganar tal-merkanzija |
Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn numru xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Kampjun wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali.
|
| Kunsinni għall-PAK (rifużjonijiet ta’ esportazzjoni) |
Il-kampjun finali jkun fih għadd xieraq ta’ kampjuni inkrementali jew porzjon kbira biżżejjed ta’ blokka sfuża. L-istrateġiji tal-kampjunar skont id-daqs tal-pakketti huma deskritti hawn taħt.
|
Kaxxi b’ġobna waħda jew aktar. Oġġetti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut
|
Ammont kbir biżżejjed ta’ ġobniet sħaħ fl-imballaġġ oriġinali tagħhom għandu jintbagħat il-laboratorju biex tintlaħaq il-kwantità tal-kampjun mixtieqa. Il-kampjuni jittieħdu b’għażla aleatorja jew b’mod sistematiku.
|
| Ġobon fi blokok sfużi ≤2 kg |
Huwa rrakkomandat li tibgħat blokka sħiħa l-laboratorju. Jekk dan ma jkunx possibbli, aqta’ flieli jew biċċiet ta’ daqs adegwat.
|
| Ġobon fi blokok sfużi >2 kg u ≤10 kg |
Jekk ikun possibbli ħu blokka sħiħa biex tifforma kampjun u kampjun ta’ riżerva. Inkella aqta’ kampjun kif jintwera fit-taqsima li jmiss.
|
| Ġobon fi blokok sfużi >10 kg |
Il-kampjuni jinqatgħu b’sikkina jew b’wajer tal-qtugħ.
- ġobon fi blokka, 3 - 10 kg:

- ġobon fi blokka, 10 - 20 kg:

|
| Ġobon fi blokok sfużi ffriżati |
Mhux possibbli li tieħu kampjuni minn blokka ffriżata tal-ġobon. Ibgħat blokka sħiħa lil-laboratorju jew ħalli l-blokok jinħallu bil-mod sa temperatura li tippermettilhom jinqatgħu b’sikkina f’ambjent ta’ kundizzjonament b’temperatura tipika ta’ bejn 5 u 10 °C.
|
| Ġobon fis-salmura jew fiż-żejt eċċ. |
Għandek tibgħat pakkett sħiħ bħala kampjun lil-laboratorju jew għandek toħloq kampjun aggregat. Ħu l-kampjuni primarji ta’ ġobon mit-tankijiet, btieti jew vażetti sabiex tifforma l-kampjun aggregat. Il-kampjuni finali għandhom jinkludu biżżejjed salmura jew żejt biex tkun tista’ tgħaddas fih il-kampjun tal-ġobon.
|
| Kummenti ġenerali |
- Huwa dejjem preferibbli li jittieħdu pakketti sħaħ ta’ ġobon bħala kampjuni. Jekk ma jkunx realistiku li tieħu pakketti sħaħ, uża għodda xierqa biex taqta’ biċċiet sħaħ kif deskritt hawn fuq.
- It-teħid ta’ ċilindri mill-qalba tal-ġobniet mhux metodu tal-kampjunar rakkomandat għal skopijiet doganali.
- Meta l-kunsinna tkun magħmula minn diversi tipi ta’ ġobon, kull tip ta’ ġobon fil-kunsinna għandu jkun ittrattat bħala komodità separata u jrid jitteħidlu kampjun separat.
|
| Formola għall-kampjunar |
- Imla l-formola tal-kampjunar. Kopja waħda għandha tinhemeż mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
|
| Trasport |
- Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja.
- Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
- Żommhom kesħin jew fir-refriġeratur waqt it-trasport. It-temperatura tal-katina tat-tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
- Il-kampjuni m’għandhomx jiġu ffriżati mill-ġdid.
- Il-prodotti ffriżati preferibbilment għandhom ikunu ttrasportati fi friża. Inkella, dawn jistgħu jkunu ttrasportati fi friġġ. Oqgħod attent li l-kampjuni ma jinħallux waqt il-vjaġġ. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tiġi rreġistrata.
|
| Ħżin |
- Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja.
- Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
- Il-kampjuni għandhom jinħażnu f’temperatura friska, preferibbilment f’temperatura ta’ bejn il-0 sa 4 °C; ara EN ISO 707 għad-dettalji. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u preferibbilment għandha tkun irreġistrata.
- Iffriża għall-ħżin fit-tul.
- Il-prodotti ffriżati għandhom jinħażnu fi friża. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tiġi rreġistrata.
|