Definizzjoni
(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta) |
Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew mhux), krustaċi, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn.
Għall-ħut mhux iffriżat, ara l-iskeda speċifika għall-”Ħut, mhux iffriżat”.
Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għall-“Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”.
|
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
|
1 kg
|
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
|
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar. |
| Għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat |
- Sassla għall-kampjunar
- Għodod ġenerali: sikkina, serrieq, imqass, eċċ.
|
| Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni |
- Boroż tal-plastik, ta' disinni u daqsijiet differenti (P00)
- Fojl tal-plastik
- Kaxxi jew boroż ta' iżolament termali għat-trasportazzjoni
Il-kontenituri jridu jkunu magħmulin minn materjal tajjeb għall-ikel.
|
| Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju |
- Għandek tkun taf kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b'rabta mal-post fejn se jsir il-kampjunar, u ssegwihom.
- Ara Is-Saħħa u s-Sikurezza għall-”Kampjunar ta’ Prodotti tal-Ikel” għal parir fid-dettall dwar l-iġjene u r-riskji tal-ikel iffriżat.
- Trid tinżamm l-iġjene tal-prodotti tal-ikel.
- Ara li tkun żgur li għandek PPE nadif u xieraq għaċ-ċirkostanzi.
|
| Tip ta' kunsinna |
Proċedura |
| Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana |
Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn għadd xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.
|
| Kumment ġenerali |
Jekk ikun possibbli ħu pakketti sħaħ bħala kampjuni. Meta tkun qed tieħu kampjuni minn prodotti tal-massa evita biċċiet żgħar (biċċiet imqatta’ bi trapan jew laqx) bħala kampjuni. Aqta’ biċċa li hi kbira biżżejjed u ħu l-miżuri biex ma jkunx hemm kondensazzjoni tal-umdità fuq is-superfiċe tal-kampjun. Tippruvax tifforma kampjuni aggregati. Ara l-Proċeduri tal-Kampjunar tal- Prodotti ffriżati fil-Parti Ġenerali.
|
| Kaxxi/pakketti |
Kaxxa waħda jew pakkett wieħed ta’ mhux anqas minn 1kg.
|
| Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, fletti bis-separaturi bejniethom, fletti IQF (Iffriżati Malajr Individwalment) |
Fejn biċċiet tal-ħut jiġu ppakkjati flimkien bil-karti jew bil-plastik bejniethom u jistgħu jiġu sseparati f'biċċa waħda jew iktar, għandu jittieħed kampjun oriġinali u kampjun ta' riserva ta' mill-inqas 1 kg kull wieħed. Fejn il-biċċiet individwali jiżnu iktar minn 1 kg ħu biċċa waħda bħala l-oriġinali u biċċa waħda jew iktar bħala kampjuni ta' riserva.
Kampjun finali identiku għall-kampjun tal-laboratorju, meħud għar-risolviment ta' xi tilwima. Magħruf ukoll bħala kampjun ‘arbitru', ‘referee' jew ‘duplikat'.
|
| Ħuta sħiħa |
Il-ħut sħiħ għandu jittieħed bħala kampjuni u ma għandux jinqata' jew jiġi sottodiviż.
|
| Kummenti ġenerali |
- Kull kampjun għandu jittieħed minn dik il-parti tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju eż. li jkollha partijiet evidentament eteroġeniċi.
- Jekk il-pakkett oriġinali ma jkunx biżżejjed sabiex jiggarantixxi ħażna u trasport intatti, uża borża tal-plastik jew il-fojl biex tippakkjah.
- Żomm il-kampjun iffriżat. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
|
| Formola għat-Teħid tal-Kampjuni |
- Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja waħda għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
|
| Trasport |
- Żomm il-kampjun iffriżat f'temperatura ta' -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
- Protect the samples from sources of contamination (odour, liquids, etc.) or other situations which would damage the sample.
|
| Ħażna |
- Żomm il-kampjun iffriżat f'temperatura ta' -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-ħażna għandha tkun immonitorjata b'mod regolari u rreġistrata.
- Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta' kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) u mill-kuntatt ma' sustanzi oħrajn.
|