Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż u frott imnixxef
Definizzjoni

(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta)
Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż (bil-qoxra u bla qoxra jew ippreparati mod ieħor) u frott u qoxra mnixxfin (imqattgħin, imnixxfin jew ippreparati mod ieħor)

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti


Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż u frott imnixxef
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun

100-500 g jew 1 kg (għat-taħlitiet)
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 948 Ħwawar u kondimenti. Kampjunar
  • ISO 4072 Kafé aħdar f’boroż – Kampjunar
  • ISO 6670 Kafè solubbli - Metodu tal-kampjunar għall-kontenituri kbar bl-inforri
  • ISO 10725 Pjan ta’ aċċettazzjoni għall-kampjunar u proċeduri għall-ispezzjoni ta’ materjal bil-kwantità.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.


Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat
  • Għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta (S01-01).
  • Għodda għall-kampjunar minn żona speċifika (S02-01).
  • Kazzola għall-kampjunar (S03-01).
Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar Il-kontenituri jridu jkunu magħmula minn materjal tajjeb għall-ikel u jrid ikollhom kapaċità ta’ mill-inqas 1 kg.

  • Boroż tal-plastik, daqsijiet differenti, b’tikketti stampati fuqhom minn qabel jew le (P00).
  • Fliexken tal-plastik, daqsijiet differenti (P02, P03, P04).
Tagħmir għat-tqassim tal-kampjuni:
  • Apparat għat-tqassim fi kwadranti/cross-divider (Metodu ta’ qsim f’erba’ partijiet).
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju
  • Għandek tkun taf kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu b'rabta mal-post fejn se jsir il-kampjunar, u ssegwihom.
  • Ara Is-Saħħa u s-Sikurezza għall-Kampjunar ta’ Prodotti tal-Ikel għal parir fid-dettall dwar l-iġjene u r-riskji għal prodotti tal-ikel nexfin f'massa.
  • Trid tinżamm l-iġjene tal-prodotti tal-ikel.
  • Ara li tkun żgur li għandek PPE nadif u xieraq għaċ-ċirkostanzi.
  • Il-prodotti ta’ oriġini veġetali jista’ jkun fihom it-trab jew ikunu infestati b’sustanzi li jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. L-uffiċjali għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju meta jkunu raw il-kunsinna.
  • L-uffiċjali għandhom jilbsu protezzjoni respiratorja xierqa għall-esponiment għat-trab.
  • Livelli għoljin ta’ trab fl-arja flimkien ma’ elettriku statiku jistgħu jiġġeneraw nar jew splużjoni.

Pjan tal-kampjunar
Tip ta’ konsenjaProċedura
Kunsinna għall-iżdoganar tal-merkanzija Kampjun aggregat wieħed li jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżulin b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-kunsinna kollha.

Boroż jew kaxxi li fihom prodott uniku Kampjun aggregat wieħed: b’għażla aleatorja mill-partijiet differenti tal-konsenja, mill-inqas tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fin-naħa ta’ fuq u wieħed fil-qiegħ).

Laned kbar, xkejjer jew boroż kbar li jkun fihom prodott uniku

Kampjun aggregat wieħed: b’għażla aleatorja mill-partijiet differenti tal-konsenja, mill-inqas tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fin-naħa ta’ fuq u wieħed fil-qiegħ).
Konsenji ta’ taħlitiet Kampjun aggregat wieħed: b’għażla aleatorja mill-partijiet differenti tal-konsenja, mill-inqas ħames punti konvenzjonali (wieħed fin-naħa ta’ fuq, tlieta fi profonditajiet differenti fin-nofs u wieħed fil-qiegħ).


Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali Konsenji ta’ prodott uniku:
  • Fil-konsenji ta’ prodott uniku l-unika varjazzjoni fil-pakkett kollu għandha tkun minħabba l-iddepożitar/l-issortjar skont id-daqs/il-piż (l-akbar/l-eħfef fin-naħa ta’ fuq) tal-prodott. F’dan il-każ għandhom ikunu biżżejjed tliet punti ta’ kampjunar.
  • Oqgħod attent meta tkun qed tipprepara l-kampjuni finali, biex tiżgura li l-kampjun aggregat jitħallat sew qabel ma jinqasam, minħabba li depożitar/sortjar simili jista’ jseħħ minħabba t-tqandil tal-kampjuni.
Konsenji ta’ taħlitiet:
  • Il-konsenji ta’ taħlitiet jistgħu jkunu soġġetti għal varjazzjoni ħafna usa’ fil-pakkett kollu. Id-daqsijiet differenti tal-partikuli u l-gravità speċifika jistgħu jwasslu għal konċentrazzjonijiet ta’ ingredjenti differenti fil-pakkett kollu.
  • Il-pjan tal-kampjunar tiegħek irid iqis dawn il-varjazzjonijiet sabiex tiżgura li l-kampjun aggregat ikun rappreżentattiv tal-konsenja kollha kemm hi.
  • Għandha tingħata attenzjoni simili meta jiġi diviż il-kampjun aggregat tiegħek sabiex tiżgura li kull kampjun finali jkun rappreżentattiv tal-kampjun totali.
Laned (5 - 10 kg):
Il-prodotti ppakkjati fil-laned jistgħu jiġu ppakkjati f’atmosfera protettiva (diossidu tal-karbonju jew nitroġenu) sabiex jiġi evitat it-tkabbir ta’ mikotossini. F’dan il-każ jista’ jkun meħtieġ li jittieħdu kampjuni fil-bini tan-negozjant fejn din l-atmosfera tista’ tiġi sostitwita biex jiġi evitat id-deterjorament, jew inkella l-prodott irid jiġi rilaxxat immedjatament għall-użu.
  • Ħu tliet kampjuni inkrimentali minn għadd ta’ laned fin-naħa ta’ fuq, fin-nofs u fil-qiegħ. Jista’ jkun neċessarju li tiżvojta parzjalment jew kompletament il-landa.
  • Meta l-konsenja tkun kbira u ma tkunx sproporzjonata - jista’ jkun preferibbli li jittieħdu laned sħaħ bħala kampjuni.
Xkejjer u kaxxi (5 - 50 kg):
  • Agħżel għadd ta’ xkejjer jew kaxxi b’mod aleatorju mill-konsenja skont l-iskala fil-Kapitolu Ġenerali Metodi tal-Kampjunar 2.1. Jekk jidher li jkun hemm xi varjabbiltà fil-prodott żid l-iskala sabiex tiżgura li l-kampjun ikun rappreżentattiv.
  • Għad-daqsijiet tal-partikuli żgħar (eż. il-kafeni, il-ġellewż jew is-sultana) għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta jew għodda għall-kampjunar minn żona speċifika li tiddaħħal fl-ixkora min-naħa ta’ fuq sal-qiegħ tista’ tkun biżżejjed biex jittieħdu kampjuni rappreżentattivi.
  • Għad-daqsijiet tal-partikuli kbar jew għat-taħlitiet li jkun fihom dawn il-partikuli, se jkun meħtieġ li jintużaw mezzi oħra:
    • Żvojta l-ixkora jew il-kaxxa fuq superfiċe ċatta nadifa u uża l-metodu tal-qsim f’erba’ partijiet.
    • Qiegħed l-ixkora ċatta u iftaħ il-ġenb kollu tal-ixkora u uża sassla biex tieħu kampjuni f’pożizzjonijiet varji mill-ixkora kollha.
  • Il-frott imnixxef ippakkjat waħdu (jew f’taħlitiet mingħajr ġewż) jista’ jkun iwaħħal u jkollu t-tendenza li jifforma “ċapep”. Għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta jew għodda għall-kampjunar minn żona speċifika tista’ tikkawża ħsara sinifikanti lill-frott aktar artab jew tista’ ma tiksibx kampjun sodisfaċenti. Għandek tuża l-metodi għad-daqsijiet tal-partikuli kbar deskritti hawn fuq.
  • Meta l-konsenja tkun kbira u ma tkunx sproporzjonata - jista’ jkun preferibbli li jittieħdu xkejjer jew kaxxi sħaħ bħala kampjuni.
Kaxex tal-palets u boroż kbar (>50 kg):
  • Għad-daqsijiet tal-partikuli żgħar (eż. il-kafeni, il-ġellewż jew is-sultana) għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta jew għodda għall-kampjunar minn żona speċifika li tiddaħħal fl-ixkora min-naħa ta’ fuq sal-qiegħ tista’ tkun biżżejjed biex jittieħdu kampjuni rappreżentattivi.
  • Għad-daqsijiet tal-partikuli kbar jew għat-taħlitiet li jkun fihom dawn il-partikuli, se jkun meħtieġ li jintużaw mezzi oħra:
    • Jekk ikun possibbli, żvojta l-ixkora jew il-kaxxa fuq superfiċe ċatta nadifa u uża l-metodu tal-qsim f’erba’ partijiet.
    • Jista’ jitwettaq il-kampjunar ukoll meta l-prodott jinħatt jew jiċċaqlaq f’kontenitur ieħor. Għandhom jittieħdu kampjuni inkrimentali matul il-ħatt.
  • Il-frott imnixxef ippakkjat waħdu (jew f’taħlitiet mingħajr ġewż) jista’ jkun iwaħħal u jkollu t-tendenza li jifforma “ċapep”. Għodda għall-kampjunar f’għamla ta’ lanzetta jew għodda għall-kampjunar minn żona speċifika tista’ tikkawża ħsara sinifikanti lill-frott aktar artab jew tista’ ma tiksibx kampjun sodisfaċenti. Għandek tuża l-metodi għad-daqsijiet tal-partikuli kbar deskritti hawn fuq.
Formola għall-kampjunar
  • Imla l-formola għall-kampjunar. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport
  • Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-umdità.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
  • Prodotti bħal dawn ġeneralment jiġu trasportati f’temperatura ambjentali, madankollu jekk jitkessħu jew jiġu ffriżati meta jittieħed il-kampjun, għandha tinżamm il-katina tat-tkessiħ.
Ħażna
  • Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-umdità.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
  • Il-kundizzjonijiet tal-ħażna huma ddeterminati mill-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-kampjuni li tkun ħadt.
  • Kun żgur li l-kundizzjonijiet xierqa ta’ ħażna tal-oġġetti jinżammu kif suppost.
  • Il-kampjuni ffriżati għandhom jinżammu ffriżati u l-katina tat-tkessiħ għandha tinżamm u tiġi mmonitorjata u rreġistrata.

Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż u frott imnixxef (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 30.01.2020 L-ewwel verżjoni
1.2 15.07.2021 Update - new format and small modifications