breadcrumb.ecName

Jingħata bidu għall-kampanja tal-UE fir-Reġjun tiegħi: eluf ta' proġetti tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom għaċ-ċittadini

  • 30 April 2018
Jingħata bidu għall-kampanja tal-UE fir-Reġjun tiegħi: eluf ta' proġetti tal-UE se jiftħu l-bibien tagħhom għaċ-ċittadini

Il-kampanja "L-UE fir-Reġjun Tiegħi" hija opportunità perfetta biex iċ-ċittadini jsibu għalihom infushom, u jaqsmu ma’ ħaddieħor, kif jintnefaq il-baġit tal-UE biex itejjeb il-ħajja tagħhom ta' kuljum f'ħafna modi. Matul Mejju, iċ-ċittadini se jiskopru mijiet ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE f'27 pajjiż madwar l-UE. Xi wħud jistgħu jkunu sorpriżi li jsibu li xi wieħed minnhom ikun viċin ħafna tagħhom! Barra minn hekk, “L-UE fir-reġjun tiegħi" tinkoraġġixxi l-parteċipazzj

Il-kampanja "L-UE fir-Reġjun Tiegħi" hija opportunità perfetta biex iċ-ċittadini jsibu għalihom infushom, u jaqsmu ma’ ħaddieħor, kif jintnefaq il-baġit tal-UE biex itejjeb il-ħajja tagħhom ta' kuljum f'ħafna modi.

Matul Mejju, iċ-ċittadini se jiskopru mijiet ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE f'27 pajjiż madwar l-UE. Xi wħud jistgħu jkunu sorpriżi li jsibu li xi wieħed minnhom ikun viċin ħafna tagħhom!

Barra minn hekk, “L-UE fir-reġjun tiegħi" tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini fil-komunikazzjoni tal-UE u r-riżultati tal-investimenti tagħha fil-livell lokali. Qiegħed jiġi organizzat konkors tar-ritratti u blogging, u kwiżż fuq reġjuni Ewropej sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza u l-istejjer tagħhom relatati mal-proġetti ffinanzjati mill-UE u jirbħu premjijiet interessanti.

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Corina Creţu qalet: 

Matul il-Bibien Miftuħa tal-Proġetti tal-UE, il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE - b'kollaborazzjoni ma’ aktar minn 250 awtorità reġjonali u nazzjonali – se jilqgħu lil eluf ta' ċittadini fis-siti jew avvenimenti tal-proġett tagħhom. Mappa interattiva tippermetti liċ-ċittadini jsibu proġetti parteċipanti qrib tagħhom.

Il-konkors tar-ritratti (23 ta’ April - 31 ta' Awwissu) għandu l-għan li jiġbed l-attenzjoni fuq l-investimenti kruċjali li saru fir-reġjuni Ewropej grazzi għall-Unjoni Ewropea. Biex jidħlu fil-kompetizzjoni, iċ-ċittadini jridu jieħdu żewġ ritratti ta’ proġett koffinanzjat mill-UE: wieħed mill-proġetti (artistiku, kreattiv) u wieħed mill-qrib mal-plakka jew billboard b'informazzjoni dwar il-finanzjament u l-bandiera tal-UE. L-aqwa 30 shots se jiffurmaw esibizzjoni tar-ritratti li tivvjaġġa madwar l-Ewropa.

Element ieħor tal-kampanja huwa konkors ta’ blogging li jilqa' artikli tal-blog dwar proġetti kofinanzjati mill-UE fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE sal-31 ta’ Awwissu. It-tliet rebbieħa sejrin jiġu mistiedna sabiex jattendu għal programm ta’ taħriġ intensiv fuq 3 ġimgħat imfassal apposta ħalihom dwar il-komunikazzjonijiet tal-UE fi Brussell.

Finalment; il-"Kwizz" huwa element divertenti biex jittestja l-għarfien taċ-ċittadini dwar ir-reġjuni tal-UE u l-kultura tagħhom. Kull ġimagħtejn jintgħażel rebbieħ u jirċievi baskett gourmet ta’ delicatessen Ewropej.