It-taqsima tal-Analiżi tad-DĠ għall-Politika Reġjonali aġġornat l-iskedi informattivi tat-28 pajjiż maħluqa biex jappoġġjaw il-preparazzjoni u n-negozjati għall-perjodu ta' programazzjoni 2014-2020. Kull skeda informattiva tagħmilha faċli biex titqabbel il-prestazzjoni ta' pajjiż mal-medja tal-UE u l-pajjiż tal-UE bl-aqwa u bl-agħar prestazzjoni fl-Unjoni. Turi indikaturi bħal-livell nazzjonali, raggruppati skont tliet tipi ta' tkabbir, u l-livell reġjonali. Barra minn hekk, turi d-di
Indikaturi ta' Ewropa 2020: inqabblu l-prestazzjoni tal-Istati Membri
- 24 February 2015

It-taqsima tal-Analiżi tad-DĠ għall-Politika Reġjonali aġġornat l-iskedi informattivi tat-28 pajjiż maħluqa biex jappoġġjaw il-preparazzjoni u n-negozjati għall-perjodu ta' programazzjoni 2014-2020. Kull skeda informattiva tagħmilha faċli biex titqabbel il-prestazzjoni ta' pajjiż mal-medja tal-UE u l-pajjiż tal-UE bl-aqwa u bl-agħar prestazzjoni fl-Unjoni.
Turi indikaturi bħal-livell nazzjonali, raggruppati skont tliet tipi ta' tkabbir, u l-livell reġjonali. Barra minn hekk, turi d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni skont it-tip ta' reġjun u ftit indikaturi skont il-grad ta' urbanizzazzjoni, u dan jenfasizza d-differenzi bejn l-ibliet u ż-żoni rurali.
L-indikaturi ta' Ewropa 2020 huma enfasizzati bil-blu. Juru l-livell attwali, il-mira, id-distanza mill-mira u l-bidla reċenti. Id-distanza mill-mira turi kemm pajjiż huwa 'l bogħod mill-mira li stabbilixxa hu stess. Din id-distanza tista' titqabbel mad-distanza tal-UE u l-iqsar u l-itwal distanza nazzjonali. It-tqabbil tad-distanzi għandu jipprovdi indikazzjoni tal-isforz relattiv meħtieġ biex tintlaħaq il-mira. Meta disponibbli u affidabbli, ġew inklużi l-indikaturi reġjonali ta' Ewropa 2020.