breadcrumb.ecName

Rapport dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju

Reports

Data: 08 apr 2013

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Environment, EU Strategy for the Danube Region, Transport, Research and innnovation, Research & Development, Social inclusion, Jobs, Education and Training

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Ir-reġjun tad-Danubju jinkludi 14-il pajjiż, tmienja minnhom Stati Membri tal-UE. Jilqa’ fih aktar minn 100 miljun ruħ, wieħed minn ħamsa tal-popolazzjoni tal-UE. Il-pajjiżi huma differenti f'termini ta' saħħa ekonomika, iżda r-Reġjun huwa interkonness sew, b’potenzjal għal aktar integrazzjoni u tkabbir.Ir-Reġjun ittrasforma ruħu bl-aħħar żewġ tkabbiriet tal-UE: Il-Kroazja se tissieħeb dalwaqt. Hemm ħames pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw ir-rabtiet politiċi, soċjoekonomiċi u settorjali tagħhom mal-UE f'diversi modi. Ir-reġjun għandu pożizzjoni strateġika, li jiftaħ l-UE għallġirien tagħha, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, in-Nofsinhar tal-Kawkasu u l-Asja Ċentrali. Jospita l-aktar xmara internazzjonali fid-dinja, li hija fus ewlieni ta' trasport, baċir idroloġiku interkonness u kuritur ekoloġiku magħruf mad-dinja kollha.