breadcrumb.ecName

Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013

Reports

Data: 18 apr 2013

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Energy, Environment, Rural development, Transport, Urban development, Evaluation, Research and innnovation, Research & Development, Social inclusion, Jobs, Education and Training, Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | fr | mt | nl | pl

Dan ir-rapport jipprovdi t-tieni ħarsa ġenerali strateġika tal-implimentazzjoni talprogrammi ta’ politika ta’ koeżjoni għal bejn l-2007 u l-2013 li se jintemmu fl-2015. L-ewwel rapport ġie ppreżentat f'Marzu tal-2010 Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor is- 27 rapport strateġiku ppreżentati mill-Istati Membri fi tmiem l-2012.

Il-politika ta’ koeżjoni tinvesti biex timmodernizza l-ekonomiji nazzjonali u reġjonali billi tappoġġja l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, ir-R&Ż, is-swieq taxxogħol u l-kapital uman, billi tibni infrastrutturi ta’ netwerks prinċipali, tipproteġi lambjent, ittejjeb l-inklużjoni soċjali u tibni l-kapaċità amministrattiva. Limplimentazzjoni effettiva tal-politika saret saħansitra iktar importanti wara l-2008 fid-dawl tal-kriżi ekonomika peress li hija tiżgura t-tkomplija tal-investiment pubbliku fil-kuntest tal-konsolidazzjoni fiskali f’bosta Stati Membri.

Ir-rapporti jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-isfidi soċjoekonomiċi li l-Istati Membri qed jiffaċċjaw u l-implimentazzjoni tal-programmi ffinanzjati mill-UE f’perjodu ta’ diffikultà storika. B’hekk, dawn jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-trasparenza fittwettiq tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni u r-responsabbiltà għalih.