breadcrumb.ecName

Il-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali - Ninvestu filfutur tal-Ewropa

Il-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali - Ninvestu filfutur tal-Ewropa

Reports

Data: 29 nov 2010

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Culture, Energy, Environment, Health, Rural development, Tourism, Transport, Urban development, Research and innnovation, Research & Development, Social inclusion, Jobs, Education and Training, Structural Funds management and Governance

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Il-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali huwa adottat wara l-agħar kriżi finanzjarja u ekonomika fl-istorja riċenti. L-UE u l-Istati Membri tagħha rrispondew għal din il-kriżi billi ħadu miżuri sabiex iżommu n-negozji għaddejjin u n-nies jaħdmu, sabiex jistimulaw id-domanda u jżidu l-investiment pubbliku.Sussegwentement, diversi gvernijiet iffaċċjaw diffikultajiet biex iħallsu lura d-djun tagħhom minħabba kombinament ta' tnaqqis fid-dħul u żieda fl-infiq fuq ħlasijiet ta' welfare u miżuri ta' stimulu. Iffaċċjati b'defiċits kbar u pressjoni mis-swieq finanzjarji, bosta gvernijiet tal-UE qegħdin fil-proċess li jimplimentaw miżuri ta' konsolidament fiskali.F'nofs dan kollu, l-UE adottat strateġija ġdida ambizzjuża għall-irkupru fuq perjodu fit-tul, Ewropa 2020. L-objettiv ewlieni tagħha huwa tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli. Saħansitra aktar mill-predeċessur tagħha, li kienet l-Istrateġija ta'Lisbona, Ewropa 2020 tenfasizza l-ħtieġa għall-innovazzjoni, ix-xogħol u l-inklużjoni soċjali u tweġiba soda għall-isfidi ambjentali u l-bidla fil-klima sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.