Akkwist pubbliku - Gwida għall-prattikanti

dwar l-evitar tal-iżjed żbalji komuni fi proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej
L-għan ta’ dan id-dokument hu li jipprovdi gwida lill-uffiċjali pubbliċi involuti fil-ġestjoni tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF), billi jgħinhom jevitaw żbalji frekwenti u jadottaw l-aħjar prassi filproċeduri tal-akkwist pubbliku. Għalkemm ma jipprovdix interpretazzjoni legali tad-Direttivi tal-UE, huwa għodda utli għall-prattikanti fl-oqsma fejn isiru żbalji l-aktar komuni, jagħti pariri prattiċi dwar kif dawn jistgħu jiġu evitati u kif għandhom jiġu ttrattati sitwazzjonijiet differenti. Dan id-dokument jelenka wkoll numru ta’ prattiki tajba, eżempji reali, spjegazzjonijiet dwar suġġetti speċifiċi, studji ta’ każijiet u mudelli. Flaħħar nett, il-preżentazzjoni tiegħu fiha twissijiet u elementi interattivi b’links għat-testi leġislattivi rilevanti u dokumenti oħra utli, għall-faċilitazzjoni ta’ dan il-manwal.
Dan il-gwida hu parti mill-azzjoni ta' prijorità tal-Kummissjoni biex jgħin l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jitjieb il-mod kif il-fondi tal-UE jiġu investiti u ġestiti. Huwa r-riżultat ta' lisforzi konġunti tas-Servizzi tal-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment.