breadcrumb.ecName

Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020

Communications

Data: 06 oct 2010

Perjodu: 2007-2013

Tema: Business support, Environment, Research and innnovation, Research & Development, Smart Specialisation

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi r-rwol tal-Politika Reġjonali fl-implimentazzjoni talistrateġija 2020, fil-qasam tat-tkabbir intelliġenti u b'mod partikolari l-inizjattiva ewlenija, "Unjoni tal-Innovazzjoni". Kif enfasizza l-Kunsill Ewropew, il-Politika Reġjonali tista' toħroġ il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE billi tippromwovi l-innovazzjoni fir-reġjuni kollha, filwaqt li tiżgura l-komplementarjetà bejn is-sostenn tal-UE, nazzjonali u reġjonali għallinnovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-intraprenditorija u l-ICT. Fil-fatt, il-Politika Reġjonali hija mezz ta' kif il-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Innovazzjoni jissarrfu f'azzjoni prattika fuq ilpost.

Hija tagħmel dan billi toħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjoni, l-edukazzjoni u rriċerka u b'hekk issostni r-riċerka u l-iżvilupp u l-investiment b'għarfien intensiv u tersaq lejn attivitajiet b'valur miżjud ogħla. B'hekk tista' tgħin biex tintlaħaq l-isfida ewlenija għall-Istati Membri u r-reġjuni li tiżdied il-kapaċità ta' innovazzjoni u riċerka u żvilupp fin-negozji u ttisħiħ tar-rabtiet tiegħu ma' universitajiet u ċentri ta' riċerka.